Maria Dolores

  • Diċ 31, 2016 09:52
  • Miktub minn

    Fil-jiem li għaddew kont preżenti f’żewġ attivitajiet mill-aktar emozzjonali. L-Ikla tal-Milied tal-Caritas fil-bitħa tal-Kurja u l-ftuħ ta’ Dar Maria Dolores. 

    Dawn, mal-ġbir ta’ €5.5 miljun fl-Istrina, ħallew il-marka tagħhom fuq il-kuxjenza soċjali tan-nazzjon.

    Minkejja li naqra naqra qed nispiċċaw socjetà konsumista u individwalista, xorta nemmen li għad fadal numru mhux ħażin ta’ nies li qalbhom tagħder il-ġuħ u l-faqar.

    Veru li hawn min jgħid li aktar faċli ddaħħal idejk fil-but u tagħti xi ħaġa fl-Istrina biex isserraħ il-kuxjenza, imma dawn l-avvenimenti flimkien juru li għadna ma morniex il-baħar. Jew mhux għal kollox.

    Dar Maria Dolores

    Il-ftuħ ta’ Dar Maria Dolores kien pass ieħor biex nilqgħu għall-isfidi li qed tħabbat wiċċha magħhom is-soċjetà tal-lum. Sfidi li paradossalment għandhom ukoll għeruq fit-tkabbir tal-ekonomija.

    Din id-dar se tkun qed tilqa’ f’ħinijiet ta’ emerġenza, nisa – u f’ċerti każijiet anke tfal – li jispiċċaw mingħajr saqaf fuq rashom.  

    Din se tkun it-tieni dar miftuħa bi sħab bejn il-Gvern, Caritas u Alf Mizzi Foundation wara li aktar kmieni din is-sena nfetħet Dar Papa Franġisku.

    Inħarrġu u nintegraw

    Is-servizzi li qed jingħataw kemm f’Dar Papa Franġisku kif ukoll f’Dar Maria Dolores huma xhieda tal-parti ħanina tas-soċjetà. Ta’ dawk li lesti li jxammru l-kmiem biex jgħinu lil dawk inqas ixxurtjati minnhom.

    Imma kif qal il-Ministru tal-Familja u s-Solidarjetà Soċjali, it-tabib Michael Farrugia, dan hu biss l-ewwel pass. 

    Naqbel li hemm bżonn ukoll inpoġġu l-ħiliet tagħna flimkien biex fejn nistgħu u kull meta possibbli niggwidaw, inħarrġu u nintegraw lil dawn in-nies fid-dinja tax-xogħol. 

    Imma biex naslu għal soċjetà ġusta hemm ħafna aktar xi jsir. Ħafna aktar.

    Soċjetà ġusta

    Forsi hemm aktar minn interpretazzjoni waħda kif tiddefinixxi soċjetà ġusta. Imma ddur kif iddur naqbel ma’ dak li kien qal il-Perit Dom Mintoff.

    Ma jistax ikun li min ikollu jott daqs il-Freedom Press u min lanqas għandu rota. 

    Ma rridx intawwal għax ma nixtieqx f’dawn il-jiem nirfes ħafna kallijiet. Imma mbilli tidħol fid-dinja tax-xogħol u jħallsuk b’paga minima, paga li bilkemm tħallas il-kera biha, ma jfissirx li bdejt tgħix f’soċjetà aktar ġusta. 

    ’Il quddiem nitkellmu aktar. Għalissa s-sena t-tajba.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook