Il-Ħinijiet tal-Ħwienet

  • Jan 13, 2017 15:24
  • Miktub minn Benny Borg Bonello

    Din il-ġimgħa tħabbar li l-ħinijiet tal-ħwienet ġew liberalizzati ftit aktar.  Dan għaliex il-ħwienet saru jistgħu jiftħu l-Ħadd mingħajr ma jkollhom bżonn jieħdu permess jew iħallsu basta jkunu magħluqa ġurnata oħra.

    Pass ‘il quddiem, biss xorta għad hemm restrizzjonijiet għaliex il-ħinijiet fost il-ġimgħa ġew estiżi l-Hamis,il-Ġimgħa u s-Sibt. Dawn ġew estiżi sal-10pm f’dawn il-ġranet biss.

    Meta tħabbru dawn il-ħinijiet il-President tal-GRTU ġie irrappurtat li qal li l-GRTU taqbel perfettament ma’ dak li ġie propost.  Ma hemm xejn tal-iskantament f’dan għaliex il-Gvern għamel preciż bħal ma riedet il-GRTU.

    Li hemm tal-iskantament hu li l-GRTU ħadet 15-il sena biex tasal s’hawn.  Jien niftakar l-oppożizzjoni li kienet saret mill-GRTU 15-il sena ilu kif kienet ħaditha qatta bla ħabel meta Bay Street fetaħ il-Ħadd.  Ma kienx hemm argument li ma użatx biex ma tħallix dan isir. Sal-Knisja ppruvat tuża biex ma tħallix lil dawk li riedu jiftħu l-ħanut tagħhom il-Ħadd u jużaw l-investiment li jkunu għamlu b’aħjar mod li jaħsbu li hu l-aħjar.  Niftakar li kien ukoll użat l-argument tal-ħaddiema li dawn ser jiġu sfruttati billi jiġu mġiegħla jaħdmu bla waqfien.  

    Dawn ir-restrizzjonijiet ma kinux biss ħżiena għal tal-ħanut, iżda wkoll għall-konsumaturi.

    Wara 15-il sena waslet s’hawn.  Għamilna pass.  Biss xorta s-sidien tal-ħwienet ma jistgħux jaħdmu kemm iridu f’liema ħinijiet li jaħsbu li hu l-aħjar għalihom u f’dawk il-ħinijiet li huma tajba għall-konsumaturi.  

    Enerġija

    Ġeneralment dan hu suġġett li ftit jinteressa lin-nies sakemm il-prezz ma jogħlix.  Dan għaliex l-enerġija, f’forom differenti, tant saret parti waħda mal-ħajja tagħna li ftit nistgħu nimmaġinaw kif nistgħu ngħaddu mingħajrha.  L-aktar li naraw dan hu speċjalment meta jkollna ġranet kiesħa bħal dawn li għaddejjin minnhom bħalissa.  Biss tajjeb li nkunu nafu x’inhu għaddej għaliex l-interessi tagħna bħala konsumaturi dejjem jistgħu jintlaqtu.  

    Fl-aħħar ta’ Novembru, l-Kummissjoni Ewropea ipproponiet li twaqqaf kumitat li jkun immexxi mid-distributuri tal-enerġija biex jagħmel regolamenti u jara li d-distributuri jimxu magħhom.  L-iskop ta’ dan hu suppost hu li jkun hemm a fair deal għall-konsumaturi, ikun hemm effiċjenza u l-Ewropa tkun mexxej importanti speċjalment fil-qasam ta’ sorsi oħra ta’ enerġija.  

    L-iskop jidher nobbli.  Biss il-mekkaniżmu hu kkritikat ħafna għaliex l-istruttura amministrattiva li qed tiġi proposta barra li ser tkun komposta minn distributuri biss, ser ikollha l-poteri li tagħmel ir-regolamenti u tara li dawn ir-regolamenti jiġu osservati.  Bil-Malti dan il-kumitat ser ikollu l-poteri ta’ leġiżlatur, ta’ regolatur u ta’ qorti.  Kulħadd jaf li biex tassigura trasparenza u kontabilita’ ma jistax ikollok lil xi ħadd li jkollu dawn il-poteri f’xi qasam.  Biss sfortunatament dan hu li qed jiġi propost.

    Hu tajjeb li r-rappreżentanti tagħna sew fil-Parlament Ewropew u anki d-distributuri tagħna jaraw li dan ma jiġrix.  Illum kulħadd jaf li l-industrija fl-UE għandha influwenza kbira.  Fil-fatt hu għalhekk li hemm pressjoni kbira biex l-UE tara li l-Kummissarji tagħha jkunu indipendenti.  Sfortunatament dan ma tantx narawh għaliex ħafna Kummissarji wara li jtemmu l-ħatra tagħhom jispiċċaw f’bordijiet ta’ kumpaniji fl-istess settur li huma suppost kienu qed jikkontrollaw.  Hemm ħafna li juru tħassib dwar dan.  Il-fatt li din il-Kummissjoni ma għamlet xejn dwar il-każ ta’ Jose’ Manuel Barosso, li kien il-President tal-Kummissjoni u li spiċċa Chairman ta’ Goldman Sachs, kumpanija li hi waħda mill-kbar nett fil-qasam finanzjarju juri n-nuqqas ta’ rieda mill-Kummissjoni preżenti biex tnaqqas l-influwenza tal-industrija.

    Biss nerġgħu niġu għall-enerġija.  S’issa l-politika riċenti li qed jimxi l-Gvern biha hi ta’ stabilita’ tal-prezzijiet tal-enerġija.  Din hi politika li konsumaturi madwar l-Ewropa kollha jixtiequ.  Il-politika Ewropea sfortunatament temmen li l-konsumatur darba fix-xahar għandu joqgħod bilqegħda u jara l-prezzijiet ta’ dawk li jbiegħu l-enerġija biex fil-każ jibdel id-distributur u hekk jiffranka.  Biss, u dan japplika wkoll għas-suq tal-enerġija Ingliż li hu l-aktar wieħed sofistikat fl-Ewropa, il-konsumaturi la għandhom il-ħin, la l-interess u wisq anqas l-abbilta’ u l-mezzi biex jagħmlu dan.  F’ħafna mill-konferenzi li attendejt il-gruppi ta’ dawk li jaħdmu viċin tal-konsumaturi dejjem sostnew dan.

    Hu għalhekk li r-rappreżentanti tagħna jridu joqogħdu attenti għaliex din l-istruttura jista’ jkollha impatt qawwi negattiv fuq din il-politika.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook