Ikkuluriti

  • Jan 17, 2017 09:39
  • Miktub minn Charles Miceli

    Għalkemm ma naqbilx f’kollox ma’ Salvu Mallia, veru nammira nies bħalu. F’dinja fejn il-maġġoranza tal-politiċi spiċċaw sfumaturi ta’ griż, Salvu jdaħħal il-kulur.

    Salvu, aktar milli hu politiku, huwa artist. Bniedem tal-arti. U fost affarijiet oħra, pittur. Iżda mhux biss. Hu jaf juża l-lingwa l-istess kif jaf iħaddem il-pniezel u l-kuluri.

    Għalhekk il-kontroversja jidħlilha bir-ras. Għax minkejja qed jippreżentra ruħu bħala kandidat għall-elezzjoni, Salvu ma naħsibx li għandu bżonn voti. 

    Jien nemmen li kulma jrid Salvu huwa pulptu. Post fejn ikun jista’ jgħid dak li jrid. Muntanja mnejn ikun jista’ jippriedka. 

    U l-anarkiżmu u l-ateiżmu, li jgħid li jħaddan, ikomplu jżewqu l-kwadru.

    Abort u ewtanasja

    Minix biħsiebni niddefendih. Imma lanqas nikkundannah. Wara kollox jien min jien biex ngħaddi ġudizzju? Ngħid biss li Salvu, għalkemm qal li hu favur l-ewtanasja, qatt ma qal li hu favur l-abort. Anzi. Espressament qal li hu kontra.

    Il-punt ta’ Salvu huwa min għandu jiddeċiedi f’dawn il-kwistjonijiet? Jekk għandhiex tkun għażla tal-individwu jew inkella deċiżjoni tal-gvern.

    U hawn ma ninsewx li l-gvern jittella’ mill-maġġoranza. Jiġifieri xi ħadd xi mkien se jiddeċiedi għalija. 

    Argument li ħafna jibżgħu jaqbdu li ma jmorrux jitilfu xi vot.

    Pro-life

    Nagħmilha ċara li jien lanqas nemla m’għandi stonku noqtol. Għalhekk nikkunsidra lili nnifsi pro-life. It-tiġieġ li għandi fil-ġnien, meta ma jibqgħux ibidu, xorta nitmagħhom u nħallihom imutu mewta naturali. 

    Mill-banda l-oħra jien kontra l-ħabs. Ma nemminx li bħala soċjetà nieħdu xi ħaġa mbilli nsakkru lil xi ħadd wara l-ħadid. 

    U bħal Salvu, għalkemm għandi ammirazzjoni kbira għal Ġesù Kristu u l-Papa Franġisku, konvint li ma jeżistix post fejn wara din il-ħajja n-nies tmur tinħaraq għal dejjem ta’ dejjem.

    Barra minn hekk f’sitwazzjoni fejn min irid jagħmel abort kulma jrid jagħmel huwa li jaqbad ajruplan u minn belt imur f’oħra, dan il-‘fuss’ għalija ma tantx jagħmel sens.

    Bħal Salvu ngħid li hawn il-qofol hu l-edukazzjoni. Ir-rispett tiegħi għall-ħajja qatt m’għandu jinbena fuq il-biża’ tal-infern jew il-biża’ ta’ Kordin.

    Imma....

    Diġà tawwalt iżżejjed. Ngħid din u nieqaf. Hemm bżonn nirrealizzaw li l-imħabba għall-ħajja m’għandhiex tibda u tispiċċa mal-fetu. 

    Qabadni l-biki meta naqra li kif għamlet ftit kesħa l-Caritas ta’ Għawdex kellha domanda kbira għall-kutri.

    U qalbi tissewwed meta nisma’ lil min jitkellem dwar l-immigranti qishom mhumiex bnedmin bħali u bħalek.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0