Déjà vu

  • Jan 18, 2017 12:08
  • Miktub minn Benny Borg Bonello

    Déjà vu

    Fi tweet li saret riċentament mill-President il-ġdid Amerikan qal li hemm kuntrast qawwi bejn ir-realtà tal-kesħa kbira li qed taħkem New York u l-Global Warming. Fi kliem ieħor kien qed jirridikola l-kunċett ta’ Global Warming. Biss wera li lanqas biss għandu idea ta’ dan il-kunċett speċjalment l-effetti tiegħu. Is-sħana li qed tiġi ġġenerata bil-ħsara ta’ gassijiet li qed niġġeneraw biex nikkreaw din is-sħana qed iwassal biex it-temperatura tad-dinja qed togħla. Dan qed iġib miegħu t-taqlib tal-klima. Taqlib kbir li affettwa sew it-temperaturi tal-istaġuni u sew ix-xita. Meta jkollna sħana din qed tiġi bħala 'heat wave', meta jiksaħ it-temperaturi jinżlu bil-kbir, bħalma qed jiġri issa, u x-xita meta tinżel qed tinżel f’daqqa u fi kwantita’ kbira.

    Il-problema hi dan għandu f’idejh biżżejjed armi nukleari biex jeqirdu nofs id-dinja. Jekk ma jifhimx kunċett li ilu jiġi mtambar għal għexieren ta’ snin, u bi ħsiebu jerġa’ jmur għal użu akbar ta’ faħam li se jkabbar il-problema tal-ambjent, ma nafx jekk jirrealizzax il-qerda li jistgħu jġibu dawn l-armi. Nisperaw li jirrealizza li tmexxi negozju u tmexxi pajjiż huma żewġ affarijiet totalment differenti. Tal-ewwel tħares l-interessi tiegħek u tat-tieni tħares l-interessi ta’ ħaddieħor. 

    Nisperaw li l-presidenza tiegħu tkun waħda ta’ ġid u mhux ta’ mibgħeda, għeluq tal-fruntieri, razziżmu, qerda tal-ambjent, tellieqa ta’ armi nukleari ġodda u konfrontazzjoni. Nisperaw li ma nispiċċawx minfejn b’dejna.

     Presidenza

    Bdejna l-Presidenza. Ħlief għat-tebgħa tal-Parlament, kollox mexa tajjeb. Presidenza li nisperaw li ġġib bidla speċjalment f’oqsma li qed jaffettwaw lil kulħadd. Hemm il-problema tal-immigrazzjoni li s’issa, fl-opinjoni tiegħi, l-Ewropa falliet li tiffaċċja bis-serjeta’ b’soluzzjoni dejjiema. Minflok rajna qasma bejn il-pajjiżi. L-aktar pajjiżi li ċ-ċittadini tagħhom marru f’pajjiżi oħra tal-U.E biex jaħdmu huma l-aktar pajjiżi li la aċċettaw u lanqas iridu jaċċettaw immigranti u b’hekk ma jridux jerfgħu r-responsabbilt? tagħhom.

    Din kienet waħda mir-raġunijiet li wasslet għal Brexit. Fuq ir-Renju Unit saret pressjoni kbira biex jaċċettaw ħafna aktar immigranti fl-istess ħin li dawn intlew b’ħaddiema minn pajjiżi oħra tal-U.E. Min-naħa l-oħra, ma saret l-ebda pressjoni ħlief kliem, biex dawk il-pajjiżi li tefgħu eluf kbar ta’ ħaddiema fir-Renju Ingliż jieħdu aktar immigranti. Mhux talli hekk talli ma sar xejn meta dawn il-pajjiżi tellgħu ħitan u minflok Ewropa Miftuħa ġabuha Ewropa Ġaġġa. Meta waqa’ l-Ħajt ta’ Berlin kulħadd kien jemmen li Ħitan aktar m’għandhomx jitilgħu. Iżda kienu l-istess pajjiżi li għexieren ta’ snin ilu kienu jgergru li pajjiżhom hu ġaġġa, illum ħolqu gaġġa akbar u hemm ċans li jtelfuna l-moviment ħieles li konna drajna bih.

    Hemm il-problema ta’ Brexit li ġabet qasma fl-opinjonijiet. Hemm dawk bħall-Gvern Malti li aċċetta d-deċiżjoni tal-poplu Ingliż u aċċetta l-Brexit, qed jipprova jara x’wassal għal Brexit biex dan il-moviment ma jikbirx, iżda għandu saqajh mal-art għax irid jara kif ir-relazzjonijiet mar-Renju Unit ikomplu. Għandek oħrajn li għadhom s’issa ma aċċettawx id-deċiżjoni tal-poplu Ingliż u minflok jaraw kif jistgħu jaħdmu f’din ir-realta’ ġdida, qed jippruvaw jagħmlu li jistgħu biex iġibu r-Renju Unit għarkuptejh.

    Dawn huma żewġ problemi li nemmen li Malta tista’ tkun ta’ dawl biex insibu soluzzjonijiet dejjiema. Dan ma jiddependix mill-Gvern Malti iżda minn gvernijiet oħra li jridu jifhmu li dawn iż-żewġ problemi qed jagħmlu ħsara kbira lill-UE.

    Biss f’din il-Presidenza hemm opportunitajiet. Opportunitajiet li bħal ma jemmen il-Gvern Malti jistgħu jagħmlu differenza fil-ħajja ta’ kuljum tan-nies komuni. Dan hu importanti speċjalment li s’issa, sfortunatament, il-maġġoranza tal-ġid li ħareġ mill-UE mar għand l-elite u mhux għand iċ-ċittaddini Ewropej.

     Fost dawn hemm affarijiet li jolqtu l-konsumaturi. Insibu l-geoblocking. Dan jolqot lill-konsumaturi fil-laħam il-ħaj għaliex ma jitħalliex jixtri minfuq l-internet għaliex hu minn ċertu pajjiż. Illum ħafna min-nies jixtru minfuq l-internet għal diversi raġunijiet. Fost dawn insibu li sew l-għażla tkun akbar kif ukoll il-prezzijiet ikunu orħos. Dan barra l-fatt li x-xiri fuq l-internet jista’ jsir f’kull ħin mill-kumdita’ ta’ darek stess. Ix-xiri tal-Maltin minn fuq l-internet mhux żgħir u kull ma jmur jikber qiegħed. L-effett tax-xiri fuq l-internet mhux biss fuq il-konsumatur li jixtri l-oġġett, iżda wkoll fuq il-konsumaturi l-oħra għaliex ġab aktar kompetizzjoni fis-suq lokali u b’hekk ċerta prezzijiet kellhom jorħsu.

     Il-geoblocking mhux biss jaħdem fuq oġġetti li jinstabu għal bejgħ. Tajjeb li niftakru li għalkemm il-Maltin jixtru ħafna oġetti, ftit huma s-servizzi li nixtru minħabba restrizzjonijiet. Li kieku ma jkunx hemm geoblocking, speċjalment fuq servizzi tal-telekommunikazzjoni, li kieku l-prezzijiet f’dan is-settur jorħsu bil-kbir. Dan ma jgħoddx biss għal servizzi bħal TV, films u diski. Jgħodd ukoll għas-servizzi telefoniċi. Tajjeb li niftakru li f’Malta qed inħallsu prezzijiet ħafna aktar għolja minn pajjiżi oħra.

     Dan joħroġ ċar meta niftakru li r-roaming charges kienu raħsu fl-Ewropa kollha u niżlu għal 22c kull minuta li ċċempel fil-pajjiżi tal-UE. Dan il-prezz hu meqjus li għadu għoli għall- maġġoranza tal-pajjiżi. Biss għalina f’Malta ir-realt? tagħna hi l-kuntrarju għaliex illum il-konsumaturi Maltin aktar jaqbillhom li jċemplu lil xi ħadd f’Malta meta jkunu barra minn Malta għax iħallsu anqas mill-25c il-minuta li jħallsu meta jċemplu minn Malta għal Malta.

    Hemm affarijiet oħra li ser jiġu diskussi f’din il-Presidenza. Dawn nikteb dwarhom aktar 'il quddiem. Nittamaw li f’din il-Presidenza l-affarijiet imorru tajjeb għall-konsumaturi Maltin għaliex huma dawn l-affarijiet li jolqtu lin-nies kollha (u mhux l-elite biss) fil-ħajja ta’ kuljum.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook