Enerġija minn Malta

  • Jan 19, 2017 09:00
  • Miktub minn Dr Alfred Sant

    Proġetti li donnhom qed jirrankaw matul l-aħħar snin jinvolvu l-ħolqien tal-enerġija mix-xemx tad-deżert fis-Saħara. It-teknoloġija f’dal-qasam żviluppat biżżejjed biex tagħmel dan possibbli b’mod ekonomiku waqt li anki twassal l-elettriku mill-Afrika sal-Ewropa bi spiża li tibqa’ kompetittiva.

    Fl-Alġerija impriża ewlenija diġà telqet fuq din il-ħidma u proġetti ġodda qed jitfasslu f’żoni oħra tal-Afrika ta’ Fuq.

    Parti mill-proġett trid tkopri kif elettriku ġenerat fil-forn tad-deżert se jitwassal saċ-ċentru tal-Ewropa. Bil-pożizzjoni tagħha, Malta tista’ toffri faċilitajiet ta’ stazzjon f’nofs triq lejn id-destinazzjoni finali tal-enerġija. Veru li wieħed jista’ jqis kif jekk l-elettriku jitwassal mhux wisq bogħod minna, dirett sat-territorju Taljan, is-servizzi tekniċi ta’ stazzjon f’nofs triq xorta jistgħu jsiru minn hemm.

    Naf li hawn min f’Malta qed jinteressa ruħu f’dawn il-possibilitajiet. Imma ftit li xejn sar sa issa, jidhirli, taħdit fil-publiku dwar l-opportunitajiet li l-biċċa toffri biex l-enerġija Afrikana tgħaddi minn Malta.

     ***

    ŻONA ŻBILANĊJATA

    Għalkemm il-krizijiet ta’ ftit snin ilu donnhom telqu u ħafna mill-ekonomiji ta’ ġo fiha qed jaraw tkabbir ekonomiku sostnut, anke jekk relattivament baxx, id-dubji dwar il-futur tal-ewro għadhom jinħassu. Laqtitni dil-ġimgħa intervista li ta lill-Corriere della Sera konsulent ekonomiku magħruf Ġermaniz, Roland Berger. Hu jaċċetta l-argument li fi ħdan iz-zona u barra minnha, bil-mod kif huma organizzati l-affarijiet, il-Ġermanja qed tgawdi minn kompetittività kbira u permanenti, bi zvantaġġ tal-membri l-oħra.

    Imma jaqleb l-argument ta’ taħt fuq.  Isemmi kif l-aqwa mertu tal-imprizi Ġermanizi dejjem kien dak li jinvestu u jinvestu biex jizguraw li jibqgħu kompetittivi. Issa, minħabba l-ewro, huma qed iħossu li m’għandhomx għalfejn jinvestu daqstant. Dan għad jispiċċa jimmina s-saħħa tagħhom.

    Fil-fehma tiegħu, jekk u malli tinqala’ krizi oħra, l-aħjar triq għall-Ġermanja u għall-sħabha membri fiz-zona, tkun li l-Ġermanja toħroġ miz-zona tal-ewro u tirritorna għad-deutschmark.

     ***

     MIS-SERER TAL-ĦĠIEĠ

    Biex nibqgħu fuq x’deher fil-ġurnali: fiha x’tomgħod ir-reazzjoni tal-Orlando Sentinel, għall-“aħbar” – jekk hi hekk – li r-Russi daħlu fil-kompjuters tal-Partit Demokratiku Amerikan u ta’ Hilary Clinton biex jikkopjaw messaġġi konfidenzjali għaddejja fihom, u jippublikawhom biex jgħinu l-kampanja elettorali ta’ Trump.

    L-“aħbar” ixxokkjat lil ħafna nies fl-Istati Uniti u barra. Qiesu li kien twettaq indħil massiċċ u mhux aċettabbli fl-operat tad-demokrazija Amerikana.

    Imma s-Sentinel fakkar fid-drabi li l-Istati Uniti infushom kienu ndaħlu fid-demokrazija ta’ pajjizi oħra, bi pressjonijiet ekonomiċi u soċjali, b’għajnuna lil gruppi interni li riedu jwaqqgħu l-gvernijiet, b’sabotaġġi...

    U semma pajjizi bħall-Iran (fi zmien Mossadegh), iċ-Ċili (fi zmien Allende), pajjizi oħra fl-Amerika Latina, il-Filippini...

    Interessanti.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook