Il-kruha tal-kera

  • Jan 27, 2017 10:45
  • Miktub minn Charles Miceli

    Bla dubju waħda mill-akbar problemi li għandna bħalissa hija l-kera. U min hu maqbud fil-morsa tagħha, jaf li qed jiftaqar ħelu ħelu. Hadt qatgħa meta mort Dar Papa Franġisku u fost il-homeless iltqajt ma’ nies li jaħdmu.

    Imma l-politici, flok ipoggu ras ma’ ras u jaraw kif se jsovu din il-pjaga, mohhhom biex jisparaw fuq xulxin. 

    Jaqbadni l-biki nara partit li jippretendi li għada jkun qed imexxi lil pajjiżna, flok jitkellem fuq il-vera problema, jaħli l-enerġija jattakka lill-gvern għax għadu ma raħħasx il-kera tan-nies li jgħixu fil-housing soċjali.

    Mhux għax għandi xi ħaga kontra dawn in-nies. Xejn affattu. 

    Imma qed nagħmlu għageb fuq min għandu €200 kera fis-sena u qed nagħlqu għajnejna għal min qed ikun kostrett jidhol f’kera ta’ €500 fix-xahar. Jew aktar.

     VULNERABBLI

    In-nies li jintalbu jħallsu €500 fix-xahar kerha ħafna drabi huma f’sitwazzjonijiet wisq aktar vulnerabbli minn dawk li jghixu fil-kera socjali. 

    Veru kull kaz trid tieħdu fuq il-mertu tiegħu. Imma ma tridx tkun tmur l-universtita’ biex tifhem li ħaddiem b’paga minima mhu se jirnexxielu qatt isib jikri.

    Għax issa anke s-sidien tal-garaxxijiet tgħallmu. Jaghmlulek toilet u sodda u jghidulek li dak studio flat.

    U spicca ż-żmien li f’xi nħawi ta’ Malta l-kera hi irħas minn postijiet oħra.

     Is-Suq isuq

    Jekk irridu nkunu onesti nafu li l-problema la ħoloqha l-Partit Laburista u lanqas il-Partit Nazzjonalista. Nisparaw kemm nispraw fuq xulxin, il-problema hija rizultat ta’ ideoloġija ekonomika. L-ideoloġija tas-suq isuq.

    Sakemm il-partiti ma jsibux mod kif jikkumbattu din l-ideoloġija, is-sitwazzjoni ma tantx se tinbidel malajr. U sadanittant aktar u aktar nies jaqghu fin-nassa tal-faqar.

    Inutli ngħidulhom li bl-edukazzjoni u x-xoghol jistghu jillebaraw ruhhom. Ghax jahdmu kemm jahdmu se jibqghu jhaffru fl-istess hofra. 

    U bniedem li m’għandux biex iwassal sal-aħħar tax-xahar, ma tantx għandu serħan il-moħħ u trankwilita’ biex itejjeb il-livell edukattiv.

    Kif qal il-Ministru tal-Edukazzjoni u Xogħol, qabel kollna nghidu li l-edukazzjoni toħorgok mill-faqar, imma llum aħjar ngħidu oħrogni mill-faqar ħalli neduka ruħi.

    Xaqq ta’ dawl

    Imma ma naqtgħux qalbna. Il-Kap tal-Oppozizzjoni riċentament ġie kkwotat li qal li għandha ssir xi ħaġa ghaliex familja ma tistax tgħix meta l-kera hija kwazi daqs il-paga.

    Fl-istess waqt kellna dikjarazzjoni mill-Prim Ministru li l-gvern se jara kif se tkompli tiżviluppa s-sitwazzjoni tal-kera qabel jieħu azzjoni. 

    “Fin-nuqqas li s-suq ma jirregolax lilu nnifsu bl-għajnuna tas-sussidju u taxxi anqas għas-sidien, allura tinbeda diskussjoni biex naraw kif se nirregolaw”, sostna l-Prim Ministri li qal ukoll li mhux se jibża’ jieħu l-azzjoni li hemm bżonn.

    Għal-lum nieqaf hawn. 

     

     

     

     

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0