KULĦADD JITLEF

  • Jan 30, 2017 07:30
  • Miktub minn Alfred Sant

    L-Oppozizzjoni u l-Gvern deħlin fi sqaq, tort tal-intransiġenza u l-isterizmu politiku tal-Oppozizzjoni. Din għandha kull dritt tikkritika u tattakka politikament kemm tista’ lill-Gvern dwar il-kaz tal-Ministru Mizzi. Madankollu, li ddaħħlufi kwistjonijiet ta’ tmexxija Ewropea, kif qed tagħmel fir-rigward tal-Presidenza ta’ Malta, biex tisħaq fuq il-“korruzzjoni” li suppost faret f’pajjizna mill-2013 sal-lum, hi eżaġerazzjoni infami li jistħoqqilha kull ribrezz.

    Biex tirritalja, in-naħa tal-Gvern qed tixħet is-serċjlajt bl-istess mod, fuq figuri tal-Oppozizzjoni li għandhom patafjun x’jirrispondu dwar korruzzjoni u taħwid tal-poter, minn zmien Fenech Adami lil hawn. Nifhem kif u għaliex dan qed isir, imma l-konsegwenzi se jkomplu jitqalu.

     Dil-logħba pwerili se tibqa’ tintlagħab quddiem spettaturi Ewropej li ftit jimportahom mill-istejjer tagħna, speċjalment għax kollha għandhom bizzejjed stejjer simili għaddejja f’pajjizhom.

    L-effett ta’ dan kollu qed ikun li jċekken l-isem ta’ Malta u l-Maltin kollha, Laburisti, Nazzjonalisti u x’aktar. Il-fiduċja internazzjonali f’pajjiżna, imnaqqra sew  matul is-snin ta’ tmexxija Nazzjonalista, se tkompli tibaxxa.

     

    ***

    INSURANCE

     

    Kellna diskussjoni interessanti fil-kumitat ekonomiku u finanzjarju tal-Parlament Ewropew dwar pjani li qed jitkewsu għal regoli komuni fl-Unjoni Ewropea fit-tmexxija ta’ kumpaniji li jbigħu l-insurance.

    Ir-regoli li qed jiġu proposti għandhom it-tajjeb tagħhom. Imma donnhom tfasslu biex jipprovdu qafas għal kumpaniji relattivament kbar. Impriżi zgħar ħafna bħal dawk li għandna f’Malta jew li jeżistu fi gzejjer u reġjuni mbiegħda donnhom se jiġu trattati bl-istess manjiera bħal imprizi kbar li jfornu l-insurance fi bliet bħal Hamburg jew Pariġi.

    Dil-ħaġa tiġri ta’ spiss fl-Unjoni Ewropea – jitħaddem metodu li bih kulħadd ikun mistenni jilbes l-istess zarbun. Għalhekk, konna ħafna fil-kumitat li tkellimna kontra l-mizuri li qed jiġu proposti.

     

    ***

     

    WIRJA

     

    U issa għal xi ħaġa ta’ preġju li qed tinzamm fil-Parlament Ewropew. Bħal ma għamlu pajjizi oħra qabilna fil-Presidenza, qed tittella’ għal biċċa kbira minn das-sitt xhur, wirja ta’ pitturi minn artisti Maltin. 

    L-organizzaturi jistħoqqilhom kull tifħir. Barra milli għamlu selezzjoni tajba ta’ xogħlijiet, żguraw li jkunu murija b’galbu u ħsieb. L-artisti magħżula ġejjin minn ġenerazzjonijiet differenti. Xorta, jagħtu ħjiel li jifformaw parti minn kultura nazzjonali waħda. 

    Ix-xogħlijiet huma mdendla f’post minn fejn jgħaddu l-biċċa l-kbira tal-ħafna vizitaturi tal-Parlament – ħaġa li għandha tgħin biex jaslu sa publiku aktar wiesgħa.

    Is-segretarju parlamentari Ian Borg, flimkien mal-ambaxxatur għall-Belġju Ray Azzopardi,  inawguraw il-wirja b’diskorsi fattwali u informattivi, bla xinxilli – ezatt kif għandhom jiġu inawgurati wirjiet bħal dawn. Nissuspetta li jħallu warajhom impatt ħafna akbar milli jagħmlu l-kunsilli tal-ministri! 

    Alfred Sant

    30 ta’ Jannar 2017

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook