Daż-żmien rari nidħol il-Belt. Għalkemm meta nersaq lil hemm, ġeneralment fuq xi qadja, nieħu gost. Għax dejjem niltaqa’ ma’ xi ħadd.
Xi jiem ilu kelli appuntament Mater Dei u xħin lestejt qbadt tal-linja għall-Belt. Inżilt u bdejt dieħel Triq ir-Repubblika.
Kont għadni bilkemm wasalt fejn il-Ministeru tal-Familja li ma ġejtx wiċċ imb’wiċċ ma’ Martin. Xejn ta’ barra minn hawn. Għax kull darba li nidħol il-Belt għandi garanzija li niltaqa’ miegħu.
Feraħ bija u beda jgħidli kif il-ġimgħa d-dieħla jasallu ċ-ċekk. “Naħseb fik. Did-darba nagħtik €20 żgur,” qalli. Irringrazzjajtu u weġibtu li ma rridx flus.
“Mela nixtrilek flokk,” ħatafni. “Tixtrili xejn,” għidtlu filwaqt li spjegajtlu biex il-flus joqgħod attent kif jonfoqhom.
“Imma Charl,” iddefenda ruħu, “biċ-ċekk lanqas nibda. Inħallas il-kera u jkun diġà tar”.
Te u ħobża
U bdejt nagħmillu priedka. “Ara. Tidħol il-Belt kuljum. Tmur tieħu te u ħobża. Mhux dejjem tonfoq €6?”
“Eqq, mela,” irrispondini.
“Taf matematika?”
“Eqq, mela,” reġa’ rrisponda.
“€6 ewro kuljum kemm jiġu f’ġimgħa?” staqsejtu. U xħin rajtu jħares ċass lejja, biex ngħinu għidtlu, “six times seven”.
Wara pawsa naqra twila weġibni, “thirteen”.
Għal mument ħassejtni nagħżaq fl-ilma. “Ara,” spjegajtlu, “€6 kuljum għal ġimgħa sħiħa jiġu €42. Issa kull erba’ ġimgħat dawk jiġu €168. Qed tifhem?”
“Ehe, fhimt. Imma m’għandekx xi ħaġa biex immur nieħu te u ħobża?”
Dun Ġwann
Dak il-ħin ftakart kif wieġeb Dun Ġwann lil dik il-mara li staqsietu, “jekk tkun qed tgħin lil xi hadd, u dan wara li tkun ilek tgħinnu ħafna, xorta ma jkunx irid jitgħallem, tibqa’ tgħinnu?”
U bil-ħlewwa kollha Dun Ġwann wieġeb, “jekk it-tifla tiegħek ma tkunx trid titgħallem, tibqa’ titmagħha?”
U l-biċċa tkompli tikkomplika ruħha meta ma tkunx daqshekk ċert li l-persuna tkun, aktar milli ma tridx titgħallem, ma tistax.
Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.
Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra.
Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub.
Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett.
Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju,
inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.
Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek,
se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih.
F'din l-imejl se tirċievi security code.
Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni.
Din hija proĊedura li ssir darba.
Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek.
Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.