Kif mistenni

  • Fra 06, 2017 07:30
  • Miktub minn Dr Alfred Sant

    Is-summit “informali” Ewropew ta’ Malta ġie u mar. Kif mistenni, l-konklużjonijiet ma kinux kolossali. Hemm wisq fatturi li qed jiċċaqlaqu u jinbidlu kemm fi ħdan l-Unjoni Ewropea, kemm barra minnha.

    Filfatt kien ikun imprudenti kieku ttieħdu ċerti deċiżjonijiet issa, meta kulħadd għadu inċert dwar fejn se jkun sejjer tassew il-President Trump bil-politika tiegħu, u meta pajjiżi ewlenin tal-Unjoni qed jaffaċċjaw skadenzi elettorali diffiċli.

    Madankollu, l-progress li sar fil-qasam tal-politika tal-immigrazzjoni mhux ta’ min imaqdru – fih is-siwi tiegħu għax mal-kontinent dil-materja tqajjem tensjonijiet politiċi splussivi.

    Maġġoranza kbira tal-pajjiżi Ewropej sostnew rieda  biex ikomplu jimxu fuq il-binarji ta’ għaqda li nedew sa issa. Ma għandhomx alternattiva ħlief li jagħmlu dan b’pass kajman.

    ***

    IT-TIMES OF MALTA

    Tat-“Times of Mlta” kellhom problema mal-Managing Director tagħhom. Ġie mixli li ħawwad biex kuntratti kbar li kellhom jingħataw għall-bini ta’ stamperija ġdida jinħadmu b’korruzzjoni. L-akkużi li saru fuq hekk, taw bidu għal tempesta politika u medjatika li għadha miexja.

    Tat-“Times” jippriedkaw dwar trasparenza. Imma diffiċli tgħid min hemm warajhom tabilħaqq; l-istess ħaġa tgħodd għall-Malta Independent wara kollox. Ilhom xhur jieħdu sehem f’kampanja biex jiskreditaw il-gvern, għax skont huma jaħbi kollox għax għandu ħafna x’jaħbi.

    Għamlu inkjesta dwar l-istorja tal-managing director tagħhom. Tellgħu u tellagħhom quddiem il-qrati. Issa ftehmu, bejniethom, fil-privat.

    Ir-rapport tal-inkjesta għandu jiġi pubblikat. Tat-“Times” ma jistgħux jinħbew wara l-argument li huma soċjetà privata. 

    Il-midja jew huma organu ta’ kumnikazzjoni publika, l-hekk imsejjaħ “fourth estate” jew huma biss biżniss privat. Bir-rifjut li jippubblikaw ir-rapport tal-inkjesta, tat-“Times” tilfu l-kredibilità meta jitħajru jikkritikaw in-nuqqas ta’ trasparenza ta’ ħaddieħor. 

     

    ***

    TAL-BELT

    Il-Presidenza Maltija tal-Unjoni qed tikkawża dwejjaq u danni lir-residenti u n-negozji tal-Belt. Biex isibu fejn jipparkjaw ir-residenti qed ikollhom jagħmlu wegħda, meta ma jkollhomx imorru l-Furjana u lil hinn minnha. 

     Sadattant, in-nies qed tibqa’ lura milli żżur il-Belt minħabba l-problemi tat-trasport u allura ħwienet u ristoranti qed jitilfu x-xogħol.

    Il-ħsieb li dawn l-isfortuni għandhom jibqgħu jinħassu għal ħames xhur oħra jservi biex itaqqal id-dwejjaq.

    Ma naħsibx li l-affarijiet setgħu saru mod ieħor. Matul il-presidenza kellhom jiġu f’pajjiżna mexxejja u ministri tal-pajjiżi membri kollha, u anki oħrajn minn barra l-Unjoni. Bilfors iridu jingħataw ħarsien serju. 

     Fi Brussell ukoll, meta dan isir, il-belt tispiċċa fgata. Biċ-ċokon tal-gżira, dan l-effett jirranka. Biss ta’ min jirrifletti dwar x’kumpens – anki simboliku – jistgħu jingħataw iċ-ċittadini u n-negozji tal-Belt b’għarfien tal-inkonvenjenti li qed iġarrbu.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook