Dwiefer

  • Fra 26, 2017 13:30
  • Miktub minn Charles Miceli

    Kull darba li nibdew nitkellmu dwar il-faqar, ma nafx għala, fin-nofs bilfors iridu jiddefsu d-dwiefer. Is-soltu mantra ta’ min qatt ma raqad bil-guħ. Ta’ min ma jinkwetax li l-pensjoni mhux se twasslu sal-aħħar tax-xahar.

    Hekk ġara waqt id-dibattitu “Defining Poverty” fl-Universita’ organizzat mid-Dipartiment tas-Soċjoloġija, l-Alleanza kontra l-Faqar u l-Anti-Poverty Forum.

    Bqajt inhammem dwaru anke l-għada. U qbadt il-mowbajl u cempilt biex nara kemm iqumu dawn il-listra dwiefer. 

    “Skont xi trid tagħmel”, spjegatli t-tfajla li rrispondiet. għidtilha “l-anqas possibbli. Kemm ikollha dwiefer naqra sura”.

    “€12”, weġbitni.

    U f’qalbi għidt: Jigifieri llum, fejn l-ekonomija sejra tajjeb u fejn aħna ndottrinati li d-dinjità tagħna tiddependi fuq id-dehra, in-nies taqa’ fil-faqar għax tonfoq €12 fuq id-dwiefer. 

    Tajba wkoll.

    Definizzjoni

    Nemmen li hu importanti li jkollna definizzjoni ċara ta’ x’inhu faqar. Ir-riċerka u l-istudji ta’ min jinkoraġġihom. Imma mbagħad ma jridux iżommuna milli fl-aħħar mill-aħħar niehdu azzjoni. 

    għalhekk naqbel perfettament mad-Direttur tal-Caritas, is-Sur Leonid McKay, li b’faqar għandna nifhmu n-nuqqas ta’ dħul li ma jippermettix lill-persuna tgħix ħajja diċenti. 

     

    U meta nitkellmu dwar ħajja diċenti qed nirreferu għal ikel sustanzjuz, saqaf fuq rasek u flus biżżejjed biex tixtri l-aktar affarijiet bażiċi bħal ħwejjeġ, toiletries, mediċini, eċċ.

    Jekk noqogħdu nfettqu u nifthu d-definizzjoni allura nistgħu naslu għall-punt assurd li miljunarju li telqitu l-ħabiba huwa fqir għax qed ibati mis-solitudni. 

    Paga Minima

    Ma tistax titkellem fuq l-faqar u ma titkellimx fuq il-paga minima. Imma mbagħad mill-banda l-oħra rridu noqogħdu attenti li ma ndaħħlux il-politika partiġġjana fid-diskussjoni.

    Hawn min qed jgħidilna li l-gvern ta’ Muscat mill-2013 sal-2017 kulma għolla l-paga minima kienet bi €18, jigifieri €6 fis-sena, filwaqt li l-gvern tal-PN bejn l-2008 u l-2013 ziedha €80, jew ahjar €16 fis-sena.

    Mhu veru xejn. Il-paga minima qatt ma żdiedet. Iż-żieda li qed jitkellmu dwarha l-hbieb tagħna hija ż-żieda tal-COLA, jiġifieri tal-għoli tal-hajja. Fi kliem iehor il-valur reali tal-paga minima ma zdiedx.

    Anzi min jaf l-affarijiet jgħidlek li l-valur tal-paga minima tul is-snin naqas.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook