Tajjeb

  • Fra 27, 2017 08:30
  • Miktub minn Alfred Sant

    TAJJEB

    Is-sinjali kollha juru li r-rankatura ekonomika se tibqa’ magħna fiż-żmien li ġej: ħaġa tajba ħafna.

     Politikament, dan hu ta’ sostenn għall-gvern preżenti meta riesqa elezzjoni ġenerali. Se jkun jista’ juri li kellu l-ħila jmexxi f’direzzjoni li tat skop għal kondizzjonijiet aħjar ta’ għajxien għall-familji. Ikollu raġun jagħfas dwar hekk.

    Lil hinn minn konsiderazzjonijiet elettorali madankollu, b’titjib ekonomiku sostnut qed tinħoloq il-bażi biex bidliet importanti fl-istrutturi ekonomiċi tal-pajjiż jitwettqu mingħajr ma joħolqu dwejjaq żejda jew tbatijiet.

    Bħalissa l-istatistika turi li l-ekonomija tagħna waqt li tirranka, baqgħet ittejjeb ukoll il-kompetittività tagħha. Personalment, m’inix ċar f’moħħi kif dan qed jiġri, imma kulħadd jaqbel li qed iseħħ.

    Allura aktar u aktar għandna bażi li minnha bidliet strutturali jistgħu jitwettqu ħalli jipprovdu pjattaforma għal ħidmiet ġodda fil-futur. Il-pjani għal investimenti fl-oqsma tas-saħħa u tal-edukazzjoni bħala oqsma ta’ esportazzjoni qed juru t-triq – kif ukoll dak li ssemma dan l-aħħar, dwar inizjattivi ġodda biex it-taħriġ fl-informatika jikkarga.

    PIXXISPAD

    Iltqajt ma’ sajjieda tradizzjonali – jiġifieri sajjieda żgħar, jaħdmu l-aktar bħala familji – li huma inkwetati ħafna dwar kemm se jistgħu jżommu fil-wiċċ fis-sajd tal-pixxispad. Għandhom raġun jinkwetaw.

    Il-pixxispad hi ħuta li naqset sew, għax inqabdet bil-wisq. L-għaqda internazzjonali dwar it-tmexxija tas-sajd, bi qbil bejn kulħadd, qed iddaħħal kwoti fuq kemm jista’ jsir sajd tal-pixxispad mill-pajjiżi diferenti. Għal xi snin il-kwoti se jitnaqqsu. Malta messha l-parti ta’ kwota tagħha minn dik allokata lill-Unjoni Ewropea.

    Is-sajjieda ż-żgħar qed jgħidu li fit-tqassim tal-kwota Maltija, huma se jmorru ħażin waqt li l-kbar se jingħataw in-nifs.

    Mhux kull ma jgħidu s-sajjieda tradizzjonali tal-pixispad ireġi. Imma li għandhom problema u jixirqilhom jingħataw attenzjoni speċjali – hi fehma li tagħmel sens.

    L-INDUSTRIJA FL-EWROPA

    Mill-Kummissjoni Ewropea, il-Viċi-President Katainen u l-Kummissarja Bienkowska ppubblikaw artiklu fil-midja Ewropea dwar “il-protezzjoniżmu u l-industrija tal-Unjoni Ewropea”. 

    Fih jippriedkaw il-benefiċċji li ġabet magħha l-globalizzazzjoni; jaqblu wkoll li ħolqot ċerti diffikultajiet, fosthom għal setturi industrijali tal-UE; jitkellmu kontra l-protezzjoniżmu bħala mod kif tilqa’ għal dawn l-iżvantaġġi; u jagħfsu fuq il-ħtieġa li l-Ewropa tibqa’ miftuħa waqt li tipprovdi solljev għal dawk li l-globalizzazzjoni qagħbrithom. 

    Wieħed ikollu jistaqsi: Katainen u Bienkowska jippretendu li jittieħdu bis-serjetà? 

    Għan li ssettjat il-Kummissjoni Ewropea xi snin ilu kien li tinkoraġġixxi r-“reindustrijalizzazzjoni” tal-Ewropa. Ftit li xejn sar f’dal-qasam. Il-fehma li s-suq isuq baqgħet tiddomina, kif anke jidher sew f’dak li kitbu ż-żewġ Kummissarji fl-artiklu tagħhom.

     Mhux ta’ b’xejn li l-populiżmu għamel passi ta’ ġgant ’il quddiem.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook