Edukazzjoni teknika

  • Mar 12, 2017 13:26
  • Miktub minn Benny Borg Bonello

     

    Fil-50ijiet, żvilupp importanti fis-sistema tal-edukazzjoni tagħna kien it-twaqqif tal-edukazzjoni teknika.  Sa dak iż-żmien l-edukazzjoni kienet tiffoka biss fuq suġġetti mhux tekniċi bħal lingwi, suġġetti fil-qasam tal-Arti bħal Soċjoloġija u studji professjonali.

    Min kellu l-ħajra ta’ suġġetti tekniċi, jekk ried jitgħallem sengħa, kellu jidħol apprentistat fejn wieħed kien jitgħallem is-sengħa fuq il-post tax-xogħol.  Kien hemm min  jidħol it-Tarzna li barra li kien jitgħallem is-sengħa permezz tal-prattika kien ukoll jitgħallem it-tijorija wara s-sengħa.  

    Kien bit-twaqqif tat-Technical School tar-Raħal Ġdid, li t-tagħlim tekniku ħa spinta għaliex it-tagħlim kien isir b’mod formali u fejn it-tijorija kienet parti integrali mit-tagħlim tas-snajja’.  Biss il-mentalita’ antika li s-snajja’ huma inferjuri għas-suġġetti l-oħra dewdet anki din l-iskola għaliex mat-tielet sena kont tista’ terġa’ tmur għas-suġġetti mhux tekniċi.  U ħafna hekk kienu jagħmlu bir-riżultat li l-edukazzjoni teknika fil-livell sekondarju ma qabditx.  

    Fil-livell post-sekondarju, l-attentat kien aktar suċċess għaliex minkejja li dawn kienu jattiraw studenti li ‘fallew’ fl-iskola, kienu ġew imħarrġa b’mod formali għal eżamijiet f’oqsma tekniċi differenti.  L-eżamijiet kienu ta’ barra, ġeneralment tas-City and Guilds, kienu jwasslu  għal- livell ta’ Diploma.  It-taħriġ kien tajjeb u dan kien jitwera meta xi wħud li kienu jidħlu l-Universita’ għall-kors tal-Inġinerija kienu jkunu fost l-aħjar.  Id-difett li kellhom kien meta kienu jiġu għall-kitba.  

    Ma nistgħux ninsew ukoll il-Polytechnic li mhux biss ħarrġet nies f’oqsma ġodda li kellha bżonn l-industrija Maltija bħal accountants eċċ iżda li minnha ħarġu inġiniera.  Dan barra l-korsijiet l-oħra li kien hemm bħal kors ta’ segretarji li taw faxxa ta’ ħaddiema fosthom ħafna tfajliet imħarrġa sew fit-teknoloġiji li kienu qed jidħlu fl-uffiċċini u anki sens tajjeb ta’ amministrazzjoni.

    It-twaqqif tal-iskejjel tal-snajja’ kien attentat ieħor fil-livell sekondarju.  Ma tantx ħadu fama tajba mal-ewwel minħabba n-nuqass ta’ dixxiplina u għalhekk ħajjiethom kienet waħda qasira u ta’ diżappunt.  

    Ir-riżultat ta’ dan kien li Malta għandha nuqqas ta’ ħaddiema tas-snajja’ mħarrġa speċjalment fil-livelli li huma anqas minn ta’ Diploma.  Riżultat ieħor hu li dawk iż-żgħażagħ li llum jidħlu fl-MCAST ma humiex studentli li spiċċaw l-iskola sekondarja teknika b’suċċess.  Dan għaliex m’għandniex skejjel takniċi fil-livell sekondarju.  Dawk li jidħlu l-MCAST il-maġġoranza tagħhom għaddew l-iskola sekondarja normali u daħlu hemm għaliex ma ġabux il-kwalifiċi meħtieġ biex jidħlu l-Universita’.  Għalhekk dawn jibdew bi żvantaġġ għaliex diġa’ jkunu ttimbrati li ‘fallew’ meta fil-fatt ma jkunx it-tort tagħhom għaliex l-iskola sekondarja ma kinitx tissodisfa l-ħajriet u l-ħiliet tagħhom.  Dan joħroġ ċar meta dawn l-istudenti wara li jkunu mħarrġa fil-qasam tekniku tagħhom, joħroġ il-potenzjal li dawn l-istudenti għandhom speċjalment fl-oqsma tax-xogħol ġodda li llum qed jiżviluppaw fl-ekonomija Maltija.

    Hu għalhekk kien pass importanti li fl-iskejjel sekondarji qed jidħlu suġġetti li għandhom xejra teknika biex dawk iż-żgħażagħ li jkunu f’dawn l-iskejjel iżda li t-tagħlim ta’ suġġetti akkademiċi ma jħajjarhomx, ikunu jistgħu jieħdu dawn is-suġġetti u b’hekk ikunu jistgħu jibdew l-istudji post-sekondarji tagħhom fuq bażi ta’ suċċess.  Dan ikun tajjeb anki għal dawk l-istituzzjonijiet li jaċċettawhom għaliex l-istatus tagħhom jogħla peress li l-istudenti tagħhom ma jibqgħux jiġu kkunsiderati bħala studenti zoppi.

    Dan hu l-ewwel pass, biss pass importanti sabiex inbiddlu l-kultura tagħna li l-istudju f’oqsma tekniċi hu inferjuri għall-istudju akkademiku.

     

     

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook