BEJN PRESIDENZA U ELEZZJONI

  • Mar 16, 2017 08:15
  • Miktub minn Alfred Sant

    BEJN PRESIDENZA U ELEZZJONI

     

    Fl-aħħar ġranet innotajt kif ħafna, u mhux fi ħdan il-Partit Laburista biss, diġà qed iħarsu lil hinn minn nofs dis-sena biex ilestu għall-elezzjoni ġenerali li riesqa. 

     Il-Presidenza tal-Unjoni Ewropea li tant ħadet ħin u riżorsi matul is-snin li għaddew, diġà qed titqies bħala ħaġa tal-passat, jew kważi. Kemm għandha jew se jkollha impatt fuq l-andament tal-politika interna hi ħaġa li għadha fl-ajru. Bosta jqisu li ftit se jkollha importanza f’kif se tiżviluppa l-ġrajja.

    Skont ħabib tiegħi li jgħid li la hu aħmar, lanqas blu, u forsi nemmnu meta jgħid li jivvota ġieli għall-Alternattiva Demokratika, żewġ temi se jkunu determinanti fil-kampanja elettorali li riesqa: l-ekonomija, fejn il-lanja jaraha determinanti favur il-Labour; u l-governanza, fejn dejjem skont hu, ninsabu neżlin lejn il-qiegħ u ftit hemm x’tagħżel bejn naħa u oħra. 

     Ibassar rebħa tajba Laburista.

    ***

    KUMMENTI STRAMBI  

    Saru divertenti l-kummenti ta’ uħud minn dawk l-analisti fil-midja, osservaturi politiċi, opinjonisti, bloggers, sejħilhom kif trid, li fl-aħħar sena u aktar għoxew iqanqlu argumenti u perspettivi dwar l-iskandlu tal-karti tal-Panama. Mhux għax ma kellhomx dwar xiex...

    Imma l-istess nies jippretenduha ta’ kummentaturi “indipendenti”. (Mhux bħali. Jien m’inix “indipendenti”.) Allura wieħed kien jistenna li bl-istess entużjażmu tal-Panama, jaqbdu mal-każ tal-allegat ħasil ta’ flus mill-PN u l-mexxej tiegħu. Mhux biss ġiet ivvjolentata il-liġi dwar finanzjament tal-partiti, imma ntużaw mezzi skabrużi biex jinħeba x’kien għaddej.

    Wieħed kien jistenna pereżempju, riflessjonijiet dettaljati dwar kif sar il-ħasil tal-flus, b’liema mod operazzjonijiet simili jiġu mmexxija ’l quddiem, min kien jaf xinhu għaddej, kemm hi mifruxa fi ħdan il-PN dil-prattika sotteranea ta’ finanzjament. Żgur hekk kien jiġri kieku l-biċċa nqalgħet dwar xi inizjattiva oħra ta’ Konrad Mizzi. 

    Mentri le, xejn minn dan. Minflok, qrajna analiżijiet bierda u dotti dwar pereżempju, kemm jintefqu flus fuq kampanji politiċi fil-pajjiżi differenti, kkalkolat bħala medja għal kull votant involut. 

     Dawn huma maniġġi buffi, divertenti.

    ***

    ĠONNA U QSARI

    Fis-sbuħija tiegħu, il-bidu tar-rebbiegħa tagħna għandu jservi ta’ xprun biex induru lejn il-ġonna. Bħalissa dawn l-aktar li jfawru bil-ħajja u bl-ilwien. 

     Dnub li mhumiex mogħtija biżżejjed spazju fil-ħajja kontemporanja, bil-lublieba li għandna bħala poplu biex kull ċentimetru kwadru tal-art tagħna nibnuh flats għall-kiri u stabbilimenti tan-negozju.

    Dan għandu jkun iż-żmien ukoll meta anke ġol-flats u d-djar moderni fejn ngħixu, ninkoraġġixxu żieda fil-preżenza ta’ qsari bi pjanti u fjuri ħajja. Il-ħeġġa għalihom u l-kura tagħhom, jagħtuna lura parti mis-sentiment li tlifna, ta’ għaqda man-natura.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook