Pass wara pass

  • Mar 18, 2017 14:50
  • Miktub minn Charles Miceli

    L-Ewwel Pass: Emmen. Trid temmen li David jista’ darba f’mitt qamar jirbaħ lil Gulija. Li l-Leiċester ċity jistgħu jirbħu l-League Ingliz. Li l-ħmar jitla’ l-arblu. Jekk ma temminx żgur ma tasal qatt.

    Temmen. Jigifieri mingħajr ma tara u mingħajr ma tista’ tmiss b’idejk, tkun lest li tieħu azzjoni. Anke jekk kulħadd jaħsbek qed toħlom. Anke jekk id-dinja tħossha tagħfas fuqek u b’kor wieħed tgħidlek li m’għandekx ċans tasal.

    It-Tieni Pass:  Aċċetta. Jgħidu x’jgħidu l-ħbieb u l-avversarji, trid taċċetta li hawn il-faqar. Li dak li qed tara b’għajnejk huwa realtà mhux perċezzjoni. 

    Trid taċċetta li n-nies li jgħixu Dar Papa Frangisku, Suret il-Bniedem u l-YMċA mhumiex qegħdin hemm għax għażżenin jew għax ma jafux jonfqu flushom.

    Trid taċċetta li l-istudju tal-Caritas juri bl-iswed fuq l-abjad li bil-paga minima hemm min qed jaħdem erbgħin siegħa u aktar u xorta mhux ilaħħaq mal-ħajja. Hemm min ħadem ħajtu kollha u bil-pensjoni ma jwassalx sal-aħħar tax-xahar.

    It-Tielet Pass: Fittex l-għajnuna. Wahdek tibqa’ lehen jgħajjat fid-dezert. U minkejja li hemm ċertu romantiċiżmu f’din is-sitwazzjoni u ssib min jgħidlek li Lonely are the Brave, biex tasal xi mkien trid tfittex oħrajn li qed jaraw il-ħajja bħal ma tara int.

    U minn erba’ qtates jiltaqgħu f’kamra mimlija mbarazz u siġġijiet zopop f’60A, Triq id-Dejqa, il-Belt, għaqda wara ohra bdew jiffurmaw koalizzjoni. U twieldet il-Kampanja Paga Minima Diċenti.

    Ir-Raba’  Pass: Ippjana. L-għan kien ċar. La l-ekonomija sejra tajjeb, issa l-waqt li l-paga minima għandha togħla. għax hekk titlob il-gustizzja soċjali. għax la l-kejk qed jikber, minnu għandu jiehu biċċa kulhadd.

    Inkluż dawk li jaħdmu 40 siegħa fil-ġimgħa u l-paga tagħhom mhix biżżejjed biex izommu ruhhom ma ġisimhom.

    Il-mistoqsija issa kienet: kif se naslu għal dan l-għan?

    għalhekk iddeċidejna li mhux biss insejhu konferenza tal-ahbarijiet imma nibdew niltaqgħu ma’ min lest jismagħna. Unions. Gvern. Oppożizzjoni. Akkademiċi. Ekonomisti. 

    U b’mod speċjali l-Eċċellenza Tagħha l-President Marie Louise ċoleri Preca. 

    Il-ħames Pass: Ippersevera.Wara li l-leħen tagħna wasal, u kemm il-Prim Ministru u kemm il-Kap tal-Oppozizzjoni qalu li jappoġġjaw it-talba biex tiżdied il-paga minima, kien hemm bżonn infehmu aktar lin-nies x’qed nitolbu.

    Għalhekk tniedi dak li ssejjaħ Decent Wages Tour. 

    L-idea hija li mmorru fil-pjazez, fis-swieq u f’oqsma industrijali u niltaqgħu u nitkellmu ma’ kulhadd, l-aktar dawk li jafu xi tfisser tgħix b’paga minima jew nitfa aktar.

    Is-Sitt Pass: Servizz.  Jidher li l-unions u min iħaddem mhumiex ‘il bogħod milli jilhqu ftehim dwar zieda fil-paga minima.  Jekk iż-żieda tkun diċenti allura trid tittiehed deċizjoni. 

    Jew noqogħdu ntaptpu fuq dahar xulxin u nċekċku t-tazzi jew inkella naraw kif se nkunu ta’ aktar servizz għal dawk li għandhom bzonn isemmgħu lehinhom biex ħajjithom ukoll tkun waħda diċenti. Hekk titlob il-ġustizzja soċjali. 

    Il-mixja tkompli.

     

     

     

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 1

  •  
    John SMith
    Mar 18, 2017

    Jidher li ghad hemm xi jsir, anke l-osservazzjonijiet tieghi juru dan.

    Irrispondi
  •  

Facebook