ĠEJJA LURA?

  • Mar 20, 2017 07:30
  • Miktub minn Alfred Sant

    ĠEJJA LURA?

    L-inflazzjoni ġejja lura?

    Għamilna żmien nibkuha. Il-Bank Ċentrali Ewropew sostna għal kemm-il darba li l-mira ta’ għoli tal-ħajja ta’ 2 fil-mija għad trid tintlaħaq. 

      Imma issa ninsabu hemm L-argument kontra hu li mhux kulħadd l-istess. Hemm pajjiżi fejn il-mira ntlaħqet, bħall-Ġermanja. Oħrajn fejn għadha lura. 

    L-imgħaxijiet fuq depożiti fil-banek u self għadhom baxxi ħafna. Fl-Istati Uniti, l-Federal Reserve beda jgħolli r-rati tal-imgħax. Kontra dan, l-argument fl-Ewropa qed ikun li l-għoli tal-ħajja li ntlaħaq qed ikun marbut wisq mal-prezz taż-żejt. F’oqsma ewlenin oħra, il-prezzijiet għadhom stabbli.

    Imma miljuni ta’ ċittadini, speċjalment pensjonanti, qed jilmentaw li naqsilhom bil-kbir id-dħul. L-imgħaxijiet fuq id-depożiti ta’ dak li faddlu matul is-snin spiċċaw tiben. 

    Il-problema hi akuta fil-Ġermanja. U hemm riesqa l-elezzjoni federali.  

     

    L-ISTESS ŻARBUN

    Il-ġimgħa li għaddiet, kont involut f’argument interessanti. Fuq liema kumpaniji fl-Ewropa li jagħmlu negozju barra l-fruntieri tagħhom, għandhom jiġu mposti l-obbligi li jirraportaw pajjiż pajjiż kif u fejn qed jagħmlu l-bejgħ tagħhom?

    Proposta qed tkun li dan l-obbligu għandu jiddaħħal għal kumpaniji b’bejgħ li jaqbeż il-40 miljun ewro. Proposta oħra hi li ċ-ċifra titla’ għal xi mijiet ta’ miljuni. Għalkemm din tal-aħħar ġejja mil-lemin, qed ikolli naqbel magħha. Inqis l-ewwel proposta bħala waħda li tiddiskrimina kontra l-ekonomiji tal-pajjiżi ż-żgħar.

    Pajjiżi bħal Malta, Ċipru u l-Kroazja fiċ-ċokon tagħhom, għandhom ċans akbar li kumpaniji b’bejgħ ta’ 40 miljun ewro fis-sena jkollhom ibigħu barra pajjiżhom. Mentri f’ekonomiji akbar, bħal ta’ Franza, b’bejgħ ta’ 40 miljun ewro, kumpaniji faċilment ikunu għadhom joperaw fl-ekonomija nazzjonali u ma jkollhomx għalfejn iġorru l-ispiża li jħejju rapporti pajjiż pajjiż fejn u kif bigħu.

    Ma sibtx min jaqbel. L-istess żarbun għal kull sieq għadu sentiment qawwi fl-Ewropa. Imbagħad jiskantaw bil-Brexit!

    ĦDURA

    Il-logħba kienet li juru kif il-Prim Ministru sab min iħallaslu vaganza barra. Dan l-argument ġie mfarrak bl-evidenza li ġiet esibita dwar kif kien hu nnifsu li ħallas. 

    Allura l-argument inbidel fi tkażar dwar l-għażla li għamel ta’ vaganza għal familtu. Xi ħdura! Peress li l-kontroversji dwar l-ekonomija mhux se jkunu vijabbli għall-Oppożizzjoni fil-kampanja elettorali li riesqa, jidher li mhu se jinżamm l-ebda limitu fuq l-invażjoni tal-ispazju privat ta’ min qed imexxi fil-Labour.

    Niftakar darba l-kwistjoni li nqalgħet dwar xi vaganzi li kien jieħu Dottor Fenech Adami u fuq kif xi wħud riedu li ssir storja kbira dwarhom. Illum jidher li anke jekk ma jkunx hemm storja, xorta l-attakk jibqa’ miexi. Għalhekk ħdura.  

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook