Biża’

  • Mar 25, 2017 17:30
  • Miktub minn Charles Miceli

    L-għadu huwa l-biża’. Naħsbu li huwa l-mibegħda. Imma huwa l-biża’. – Mahatma Gandhi.

    Kwotazzjoni bis-sens. Anzi ħafna sens. U hemm kwotazzjoni oħra attribwita lil Gandhi, wieħed mill-aktar bnedmin spiritwali, li qatt rat id-dinja. “Fejn hemm il-biża’ m'hemmx reliġjon”.

    Issa jien miniex teologu imma naħseb li San Ġwann kellu mitt elf raġun meta qal “dak li ma jħobbx ma għarafx lil Alla, għax Alla huwa mħabba”. 

    Veru li anke x-xitan, kif jgħidu, jikkwota l-Bibbja. Imma dawk li l-ħin kollu jqabbżu l-frażi “r-reliġjon tagħna” meta jitkellmu, ma jistgħux jiftaħru li huma nsara u fl-istess waqt ma jagħtux kas talanqas tat-Testment il-Ġdid.

    Periklu?

    Ma rridx niftiehem li l-biża’ fiha nnifisha hija xi ħaġa ħażina. Altru. Għalkemm hija emozzjoni li ma niħdux pjaċir biha, hija importanti biex aħna nipproteġu lilna nfusna.

    Il-biża’ huwa rispons awtomatiku għal sitwazzjonijiet perikolużi. U jekk minix teologu, lanqas jien psikologu. Madankollu l-ħajja għallmitni li rrid noqgħod attent li ma ninqabadx f’din l-emozzjoni meta m'hemmx għalfejn.

    Jekk m'hemmx periklu m’għandix għalfejn noqgħod nimmaġinah. Jew inkella nħalli lil min jimlieli moħħi bil-flieles għal skopijiet ta’ rasu.

    Poter

    Hawn min donnu jogħxa jxerred il-biża’. U hawn min hu surmast biex joħolqu. 

    Jekk nagħtu ħarsa lejn l-istorja, malajr nintebħu li dejjem hemm dak ix-xi ħadd jew xi ħaġa li suppost kellha twerwirna.

    Daqqa t-Torok, daqqa l-furbani, daqqa l-Franċiżi, daqqa l-Protestanti, daqqa l-Ġermaniżi, daqqa l-komunisti, daqqa s-soċjalisti u issa l-Iżlam. 

    Biex ma ngħidx li, fuq skala lokali, jekk tkun aħmar suppost tibża’ mill-blu u jekk tkun blu suppost tibża’ mill-ħomor.

    Flok infittxu dak li jgħaqqadna, infittxu dak li jifridna. U maħkumin mill-biża’ ma nindunawx li min qed ixerred il-mibegħda, aktar iva milli le, l-unika ħaġa li jixtieq hija l-poter.

    Personalment naħseb li l-unika mediċina għall-biża’ hija l-imħabba. 

     

     

     

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0