ETÀ: 60

  • Mar 30, 2017 15:46
  • Miktub minn Alfred Sant

    ETÀ: 60

    Sa ftit taż-żmien ilu, l-età ta’ sittin kienet titqies bħala l-età tal-pensjoni. Għas-sittin anniversarju tal-Unjoni Ewropea iżda, id-diskors ma kienx dwar kif l-Unjoni se tgawdi żmien ta’ mistrieħ mistħoqq, imma kif se jiġi żgurat li tinżamm ħajja u tkompli tiffjorixxi.

    L-ewwel tletin sena tagħha kienu mimlija suċċess, minkejja d-diffikultajiet tal-ewwel snin. Inħoloq suq komuni, l-ekonomija tal-Ewropa tal-punent ġarrbet progress qawwi, u fuq kollox, il-paċi fiż-żona ġiet sostnuta. Dawk li jsostnu li dan ġara minħabba n-NATO jinsew li l-gwerer Ewropej il-kbar mhux mar-Russja skattaw, imma bejn il-Ġermanja u Franza.

    It-tieni tletin sena tal-Unjoni madankollu kienu anqas inkoraġġanti, u dan waqt li l-intenzjonijiet tal-membri tagħha saru aktar ambizzjużi. L-Unjoni rabbiet poter artab (“soft power”) liema bħalu. Attirat lejha tista’ tgħid lill-istati Ewropej kollha ħlief ir-Russja. Imma l-wegħdi li għamlet lill-popli ta’ progress u prosperità sa issa għadhom ma sarux realtà għal ħafna u ħafna nies.

                                                                                          ĦELSIEN
    Dnub li d-diskussjoni fl-Ewropa dwar is-sovranità nazzjonali – effettivament il-ħelsien tal-popli – tħalliet f’idejn il-partiti u l-movimenti hekk imsejħa “populisti”, “estremisti” jew “sovranisti”. Bħallikieku l-Ewropa mhijiex l-Ewropa tan-nazzjonijiet. Dan jagħtiha l-karattru tagħha.  L-għaqda Ewropea tal-lum jew ta’ għada ma jirnexxilhiex tafferma ruħha jekk tinjora dal-fatt.

    Id-diskussjoni messha tkun dwar kif l-għaqda Ewropea tista’ tinżamm kompatibbli mal-ħelsien nazzjonali. Tqanqlu fija dawn il-ħsebijiet hekk kif erġajt qrajt xi kitbiet ta’ Giuseppe Mazzini, protagonist illum minsi fl-isforzi għall-għaqda tal-Italja. Għandu ħafna x’jgħallimna dwar kif il-ħelsien nazzjonali hu pedament Ewropew li ma jistax jitħalla jitmermer.
    Ir-riflessjoni tgħodd għal dil-ġimgħa meta qed tiġi kommemorata l-festa pjuttost żvalutata, ta’ Jum il-Ħelsien.

    KARITÀ

    Għaddewli kopja ta’ ktieb interessanti ħafna maħruġ fis-sena 1912 bħala parti mis-sensiela li kien joħroġ Alfons Maria Galea msejħa “Mogħdija taż-Żmien”. Il-ktieb (volum irqiq kull ma hu) jagħti deskrizzjoni tal-istituti ta’ karità immexxija mill-gvern u dawk immexxija mill-privat, fosthom il-Knisja. Effettivament dawn l-istituti kienu jmexxu l-politika soċjali ta’ dak iż-żmien, indirizzata l-aktar biex tkun imtejba il-ħajja tal-“fqar”.

    “Il-Carità f’Malta u Ghaudex” (kien “jimbieh” tliet soldi) jippovdi storja fil-qosor ta’ kif żviluppaw dawn l-istituti minn żmien il-Kavalieri. Id-dettalji mogħtija dwar kif kienu jaħdmu fil-bidu tas-seklu l-ieħor juru kemm kienu għadhom primittivi l-istrutturi ta’ għajnuna soċjali.

    Biss l-akbar bidla minn dakinhar għal-lum li tħoss int u taqrah naħseb toħroġ miċ-ċaqliq f’mentalità. Fl-1912, il-ħidma soċjali kienet mitqiesa l-aktar bħala dover personali ta’ karità nisranija, anke meta l-gvern kien jinvolvi ruħu fil-ħarsien tas-saħħa publika. Illum inqisuha bħala parti integrali mill-impenn publiku.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook