Manifest soċjali

  • Mej 25, 2017 18:00
  • Miktub minn Charles Miceli

    Donnu bħalissa hadd m’għandu moħħ xejn. Ngħid għalija, u naħseb li hawn numru mhux ħażin bħali, iġri jgħaddi kollox. Għalkemm fir-realtà naf li qatt ma jgħaddi kollox.

    U meta kulħadd għandu indiġestjoni politika partiġġjana, forsi l-inqas ħaġa li ta’ min jikteb dwarha hija l-politika.

    Imma mbagħad hemm affarijiet li ta’ min jikteb xi ħaġa dwarhom, forsi ma nafx kif, inkunu naqra aktar iffukati mhux fuq min se jirbaħ imma fuq x’inhi t-triq ’il quddiem wara t-3 ta’ Ġunju, 2017.

    Mhux l-aħħar tad-dinja

    Minkejja li aħna mġiegħla naħsbu li nhar is-Sibt 3 ta’ Ġunju tista’ tkun l-aħħar tad-dinja, jien ċert li l-għada jerġa’ jisbaħ. U jisbaħ il-pitgħada u l-pitpitgħada.

    Għalhekk nappella lil dawk kollha li bħali ffirmaw il-Manifest Soċjali li ntbagħat lill-partiti biex ikomplu x-xogħol tagħhom ħalli dak li jemmnu fih b’xi mod jitwettaq fil-prattika.

    Illum aktar minn qatt qabel naf li s-soċjetà ċivili għandha l-mezzi u s-saħħa biex timbotta lill-gvern, ikun min ikun. 

    Fiex nemmnu

    L-attivisti soċjali, l-artisti u r-reliġjużi li ffirmaw il-manifest fuq kollox jemmnu f’soċjetà mibnija fuq il-ġustizzja soċjali, soċjetà li taħdem attivament għall-paċi, pajjiż fejn l-ODZ ikun vera ODZ u li bħala poplu jixirqilna gvern li jaħdem għall-inklużjoni bis-serjetà.

    Mhux se noqgħod nidħol f’dettalji. Min jinteressah ikun jaf aktar jista’ jsib  il-manifest fuq il-paġna tal-Facebook  https://www.facebook.com/Manifest-Soċjali-1535313159821841/

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook