Rebħa Laburista

  • Ġun 05, 2017 10:10
  • Miktub minn Alfred Sant

    Ir-rebħa elettorali ta’ Joseph Muscat u l-Partit Laburista kienet mistennija u mistħoqqa. Li ma kienx mistenni (minni talanqas) kien li se tkun rebħa daqstant brillanti. 

    Il-problema għall-Oppożizzjoni did-darba kienet li element maqbud fin-negativiżmu klassista tiegħu (tagħha f’dal-każ) ħakem l-istrateġija tal-PN. Kollox ried jintrebaħ bin-negattiv, li hi riċetta ta’ diżastru fi żmien ta’ tkabbir ekonomiku qawwi... Ħalliha li dan it-tkabbir hu bla preċedent fl-istorja moderna tal-pajjiż.

    Il-Partit Laburista mill-ġdid fil-gvern issa jrid joqgħod attent li ma jħallix ir-rebħa titla’ għar-ras. Il-problemi li ammetta jeżistu fi ħdan it-tmexxija publika tal-istat ma jridux jitwaddbu taħt it-tapit. Iridu jiġu indirizzati b’fehma soda li ħadd mhu f’kariga publika biex jagħmel li jrid jew jgħatti li jrid.

    Mill-bqija il-konċentrament irid ikun ukoll biex ir-riformi li baqa’ xi jsiru, jitwettqu bil-galbu u bl-akbar trasparenza; li l-ekonomija tiġi indokrata ħalli tkompli tikber bla ma tisħon iżżejjed; u li l-progress soċjali tal-aħħar erba’ snin jiġi sostnut.

    Ninsab konvint li hekk se jiġri.

    ***

    APPUNTAMENT SKUNTRAT

    Lejliet l-elezzjoni u fil-ġurnata tagħha, inżamm fil-lukanda Excelsior, il-kumitat li jgħaqqad parlamentari Ewropej ma’ Congressmen Amerikani. Teżisti d-drawwa stabbilita li l-kumitat jitlaqqa’ fil-pajjiż li jkollu l-presidenza tal-Unjoni Ewropea. L-appuntament f’Malta ġie ppjanat minn xhur ilu u ma setax jitħassar. Dnub għax min żarna għal dil-laqgħa ftit seta’ jifhem ir-realtà Maltija, maqbuda kif konna fit-tellieqa elettorali.

    Bqajt impressjonat kif il-politiċi Amerikani preżenti għamlu kull sforz biex jilqgħu għall-kritika li l-President Amerikan Trump biħsiebu jżarma n-NATO jew ibiegħed lill-Istati Uniti mill-Ewropa. Issegwux ir-retorika tal-President, qalu – retorika li skont huma, tista’ tkun eżaġerata. Segwu minflok id-deċiżjonijiet li Trump qed jieħu biex iħares is-sigurtà, kemm kontra t-terroriżmu, kemm kontra l-iżbilanċi militari globali.

    F’intervent qasir, jien wissejt li biex id-diżastru tal-Libja jiġi mrażżan hemm bżonn ta’ ftehim bejn l-Istati Uniti, ir-Russja u l-Unjoni Ewropea dwar xinhuma l-interessi nazzjonali leġittimi tagħhom fiż-żona, u qbil dwar duttrina militari li tħares dawn l-interessi.

    ***

    MA KELLHIEX TKUN

    Forsi t-telfa tal-Juventus mar-Real Madrid la kienet mistennija, talanqas bl-istess skor, u lanqas mistħoqqa. Kif naraha jien, li m’inix gwapp fil-futboll għalkemm ili nsegwih bis-sulluzzu deċennji sħaħ, il-Juventus marru l-baħar fit-tieni nofs tal-logħba. Għaliex ġara hekk, m’għandix idea. 

    Fuq il-karta, it-tim li niżlu bih għal-logħba kien l-aqwa wieħed li kellhom fl-aħħar snin. X’ġara fil-grawnd, juri mod ieħor. U lanqas kien hemm il-faraġ li  spiċċaw bih tal-Bayern Munich quddiem l-istess avversarji, li setgħu jilmentaw kif tnejn mill-gols li sofrew ġew minn pożizzjoni ta’ offside.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook