Trasport

  • Ġun 15, 2017 20:06
  • Miktub minn Alfred Sant

    Ftit jista’ jkun hemm dubju li t-trasport sar l-akbar sfida quddiem in-nazzjon. Il-mistoqsija li tqum hi minn fejn l-aħjar li l-problema għandha tiġi ffaċċjata. Hemm l-aspett tal-qagħda tat-toroq. U hemm l-ieħor ta’ kif se tingħeleb il-konġestjoni tat-traffiku ma’ kullimkien.

    Għal snin twal it-toroq ma ngħatawx l-attenzjoni meħtieġa. Fondi mill-Unjoni Ewropea marru għal xi toroq ewlenin waqt li l-qagħda ta’ ħafna toroq sekondarji tħalliet teħżien għall-aħħar.

    Sadattant il-karozzi privati faru. Ma jidhirx li se jbattu fil-għadd malajr malajr. Kontrolli ġodda fuqhom iqajmu plejtu liema bħalu; mezzi effettivi ta’ trasport publiku jidhru mbiegħda.

    Il-gvern donnu se jagħti priorità lit-toroq, mhux lit-traffiku. Programm vast ta’ tiswija u manteniment x’aktarx li jżid mal-konġestjoni. Biex dan ma jiġrix, se jkun hemm bżonn l-ippjanar u t-tmexxija eċċellenti li rajna fil-bini tal-flyover tal-Gżira, imma fuq skala ħafna aktar wiesgħa u konċentrata.

    ***

    TITKELLEM MIEGĦEK INNIFSEK 

    Il-PN minn fejn ġab matul l-aħħar kampanja elettorali, il-konvinzjoni li kien sejjer tajjeb tant li kellu ċans ta’ rebħa? Minn kien barra l-kampanja Nazzjonalista kien jaf li l-PN se jitlef u tqarraq l-aktar dwar il-qies tat-telfa.

    L-aħjar tifsira ta’ x’ġara taha Jonathan Shaw, li ħadem fil-kampanja Nazzjonalista, u niftakru bħala wieħed mill-aħjar kandidati tal-partit fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew. Id-diriġenti u militanti Nazzjonalisti spiċċaw jitkellmu magħhom infushom u ma ndunawx. Il-mewġa ta’ appoġġ li raw tielgħa lejhom speċjalment mill-midja soċjali u mill-gazzetti ħasbu li kienet qed titqanqal mill-qiegħ tal-poplu. Mentri ħafna drabi kienu l-istess ċrieki, ta’ spiss moltiplikati taħt ismijiet differenti, li kienu qed jentużjażmaw lil xulxin u lill-konvinti.

    Barra dawk iċ-ċrieki, kien qed jiżviluppa xenarju kompletament differenti.

    *** 

    CORBYN

    Wara li r-riżultat tal-elezzjoni Ingliża sar magħruf, uħud... anki fost sħabu... ipprovaw jċekknu s-suċċess tal-mexxej Laburista Jeremy Corbyn. Veru, il-Labour ma rebaħx. Imma din kellha tkun l-elezzjoni li se tara l-partit mfarrak għal kollox għax Corbyn kien abbanduna l-prinċipji politiċi sagri ta’ Tony Blair, ma kellux kariżma, kien xellugi żżejjed eċċ., eċċ. Fuq din il-premessa li telqet May meta sejħet l-elezzjoni.

    X’aktarx li ħafna Brittaniċi sempliċement ma ridux jisimgħu aktar dwar Brexit. Iddeċidew dwarha sena ilu. Madankollu, May fuq hekk biss riedet titkellem.

    B’kuntrast, Corbyn tkellem fuq problemi soċjali li l-poplu jġarrab minn jum għal jum. Ma bidel xejn mil-linja xellugija tiegħu.Tkellem b’mod dirett, bla tlellix jew ħabi. Il-midja kienet kważi kollha kontra tiegħu.

    Biss, iż-żgħażagħ ħarġu jivvotaw. Fil-maġġoranza tagħhom kienu ma’ Corbyn. Hekk ukoll ġara fil-kampanja ta’ Bernie Sanders. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook