Il-vot mhuwiex kollox

  • Ġun 16, 2017 16:23
  • Miktub minn Charles Miceli

    Il-vot mhuwiex kollox

    Hawn min jaħseb, sfortunatment, li d-demokrazija hija sempliċiment vot darba kull ħames snin. Xejn iżjed u xejn aktar. U bejn elezzjoni u oħra nħallu l-politiċi jmexxuna bil-kwiet.

    Wara kollox, jgħidulek, għalhekk niddelegaw ir-reponsabbiltà lil dak il-partit u mhux lill-ieħor. 

    Barra minn hekk, ikomplu jirrazzjonalizzaw,  mhux biss hemm l-oppozizzjoni imma anke l-istrutturi tal-istat biex jaraw li l-Gvern jagħmel xogħlu.

    Mill-banda l-oħra hemm min jgħidlek li kieku l-vot ibiddel xi ħaga, kieku jagħmluh illegali.

    Lil hinn mill-votazzjoni

    Ikun zball jekk ninqabdu fid-diskors tal-elezzjonijiet. Ta’ min rebaħ u min tilef. Ta’ x’seta’ sar aħjar u x’seta’ sar differenti.

    L-elezzjoni għaddiet u ma tergax tigi qabel ħames snin oħra. Inutli nibdew nippreparaw għall-2022 minn issa. Ilkoll nafu li anke ġimgħa ħija zmien twil fil-politika aħseb u ara ħames snin. 

    Madankollu dan ma jfissirx li għandna noqogħdu b’idejna fuq zaqqna. Il-passività u l-indiffernza mhuma tajbin għal ħadd, aħseb u ara għal min irid jaħdem minn sbieħ Alla sad-dlam biex izomm ruħu ma’ gismu.

    X’jista’ jsir

    Taqra l-gazzetti u tara t-televixin tieħu l-impressjoni li f’dan il-pajjiż ħlief il-politiċi u l-partiti ma jezistux. Tqalleb fejn tqalleb, rari ssib xi ħaga li tmur lil hinn mill-politika tal-partiti. 

    U meta nitkellmu fuq is-soċjetà ċivili wisq drabi nispiċċaw niddiskutu xi festa f’xi raħal, xi wirja tal-pappagalli jew kif evolviet il-kċina Maltija.

    Personalment naf li jekk nagħfsu nistgħu nċaqlaqu lill-awtoritajiet. Il-ftuħ ta’ Dar Papa Frangisku u Dar Maria Dolores kif ukoll il-kampanja favur il-paga minima għalija huma ezempji klassiċi.

    M’għandix dubju li jekk naħdmu bil-għaqal, ikun hemm min ikun hemm fil-gvern, żgur jagħti widen. 

    Iva, lil hinn mill-vot hemm l-azzjoni diretta. Paċifika kemm trida imma effettiva. 

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook