TMIEM IL-PRESIDENZA

  • Ġun 26, 2017 14:30
  • Miktub minn Alfred Sant

    TMIEM IL-PRESIDENZA

    Wara l-aħħar snin ta’ stennija biex Malta tassumi l-presidenza tal-Unjoni Ewropea, issa din ġiet u kważi marret. 

    Milli rajt u smajt, pajjiżna pprovda gwida tajba u bilanċjata fit-tmexxija tax-xogħol tal-Unjoni. Nies xetttiċi li dan seta’ jsir minn pajjiż ċkejken bħal tagħna, ammettew miegħi li spiċċaw sodisfatti ħafna. Dnub li l-elezzjoni bikrija li ssejħet f’Malta, serviet ħalli taljenana mill-ħidma li bħala presidenza, baqgħet għaddejja.

    Jibqa’ l-punt li kwalunkwe suċċess fil-presidenza malajr jintesa. Hu jekk il-presidenza tkun fjask, li tibqa’ tissemma.

    Malta ħarġet minn dat-test kurjuż bl-unuri.

    OTTO WARMBIER

    Diżgustanti kienu l-aħbarijiet dwar Otto Warmbier, l-istudent żagħżugħ Amerikan moribond li nħeles “kmieni” mill-Korea ta’ Fuq, wara xhur ta’ priġunerija għax kien ikkommetta delitt “faħxi” kontra s-sigurtá tal-istat, li swielu kastig ta’ ħmistax-il sena ħabs. Żarma bandarola ta’ propaganda biex jeħodha miegħu d-dar bħala suvenir!

    Li l-ħajja ta’ żagħugħ tiġi meqruda b’dal-mod, sempliċement għax għamel ħmerija li minnha nnifisha hi insinjifikanti, tagħti xhieda oħra ta’ kemm ir-reġim li jmexxi il-Korea ta’ Fuq sar kuntrarju għal kull sentiment ta’ ħajja ħielsa u moralment żgura minnha nnifisha. 

    Minn dejjem is-sistema Koreana kienet timbuttani. Fis-snin tmenin qiestu żball tal-gvern Laburista ta’ dak iż-żmien li jżomm qrib tar-reġim... għalkemm dan ma kellu xejn x’jaqsam mal-hekk imsejjaħ ftehim ta’ difiża li l-gvern Malti kien iffirma mal-Koreani. L-Oppożizzjoni bnietu qisu kien xi ftehim babaw; filfatt kien farsa.

    Minn dak iż-żmien lil hawn, il-governanza Nord Koreana tilfet kull boxxla. Tassew iddispjaċieni għal Otto Warmbier u familtu.

    BALZUNETTA TOWERS

    Il-biċċa l-kbira mill-kitbiet għat-teatru li ktibt matul is-snin waddabthom fil-kategorija ta’ “drammi għall-kexxun”. Dejjem inqala’ bużillis meta ġew biex jittellgħu. Għalhekk, sibtha sfida interessanti li nikteb skript għal “cabaret teatrali” dwar Balzunetta. Għall-ewwel kont se ngħid le. Ħsibt li qed ifittxu skript għal “musical”, li mhux ħobż għal snieni. Imma le, riedu, cabaret... kif mhux soltu daqstant intellgħu f’pajjiżna.

    Balzunetta bħala kwartier għandu l-istorja tiegħu. Ma kontx interessat li nibni fuq xi nostalġija għaliha. Duminku Galea il-kompożitur tal-mużika għax-xow, minkejja n-nostalġija li jħoss għal Balzunetta tal-imgħoddi (fejn twieled), mill-ewwel qabel li ma stajniex sempliċement intellgħu wirja fl-istil ta’ “Irma la Douce” jew “Gigi”.

    L-istorja ta’ Balzunetta kellha tibqa parti mill-istorja tal-lum u tal-futur ta’ pajjiżna, bla illużjonijiet u kompromessi. Wara kollox dan kien kwartier fejn madwar l-istess kantunieri, kont issib il-Kurja, il-kwartier ġenerali tal-pulizija, ħwienet tax-xorb, briedel u s-seminarju. 

     Għadda ż-żmien ta’ dawn l-istituzzjonijiet. X’għandu jsir minn Balzunetta?

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook