Liema Kristu?

  • Lul 06, 2017 07:57
  • Miktub minn Charles Miceli

    Peppi Azzopardi jogħxa bil-kontroversji. U ma jkunx hemm kontroversja, hi x’inhi, li ma jidhlihiex bir-ras. Fuq kollox huwa nnifsu huwa kontroversja.

    Għalhekk ma setax jonqos li wara l-kontroversja li nqalet dwar il-billboard tal-Aħħar Cena li twaħħal fl-iskatepark tal-Imsida, Peppi jidħol b’ruħu u b’ġismu f’dil-kontroversja,

    Ta’ min jgħid li l-mexxej tal-Partit tal-Patrijotti Matin, Henry Battistino flimkien ma’ kandidat mill-istess partit, is-Sibt li għadda filgħaxija marru jċarrtu l-immaġini ta’ Ġesù mill-billboard.

    Mistoqsija?

    Peppi qal li mhux se jiġġudika jekk dak li għamel is-Sur Henry Battistino huwiex tajjeb jew le. 

    Imma jixtieq ifakkar lill-Kap tal-Partit tal-Patrijotti Maltin x’qal l-istess Ġesù: “Kont bil-guħ u tmajtuni, kont bil-għatx u sqejtuni, kont il-ħabs u ġejtu żżuruni u kont barrani u lqajtuni. Dak li tagħmlu mal-iżgħar fost ħuti tkunu qed tagħmluh miegħi”.

    Il-preżentatur tal-programm “Xarabank” staqsa lis-Sur Battistino allura liema Ġesù Kristu kien qed jiddefendi meta ċarrat il-billboard?

    Kummenti

    Mhux wieħed u tnejn kienu dawk li kkummentaw fuq dak li kellu xi jgħid Peppi. Min qabel miegħu u min qallu biex ma jaqax għaċ-ċajt. Kien hemm oħrajn li qalu Peppi mhux qed ikun ġust. 

    Xi ħadd ieħor qallu li ilu 20 sena jparla fil-vojt. Kumment ieħor kien li l-mistoqsija li qed jagħmel Peppi hija bla sens. 

    Jiddispjaċini imma għalkemm fittixt mhux ħażin, ma sibtx jekk is-Sur Battistino weġibx għal din il-mistoqsija.

    Tbatija

    Imma l-mistoqsija ta’ Peppi hija intriganti. U tajjeb jekk kollha kemm aħna nistaqsuha lilna nfusna. Lil liema Kristu qed niddefendu? Sintendi l-mistoqsija hija għal dawk li jipprofessaw li jemmnu fi Kristu. Personalment għalija Kristu huwa kull min qed ibati. Issa u hawn. U f’kull rokna tad-dinja. 

    Kristu huwa l-omm li dal-lejl kienet kostretta torqod ma’ uliedha Dar Marija Dolores ghax m’għandhiex biex tħallas il-kera.

    Kristu huwa l-marid li ħadd ma jmur iżuru. 

    Kristu huwa l-immigrant li kulħadd iħarislu bl-ikrah.

    Kristu huwa ż-żagħżugħ li qiegħed il-ħabs minħabba każ tad-droga.

    Kristu huwa l-omm li toqgħod nieqsa minn kollox biex titma’ lil uliedha.

    Kristu huwa l-mara abbużata.

    Kristu huwa….. nista’ nibqa’ sejjer.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0