Ninsew

  • Lul 06, 2017 11:10
  • Miktub minn Dr Alfred Sant

    Interessanti l-argumenti ta’ ċerti esponenti tal-PN dwar kif sar żball mill-partit tagħhom li ħallew parti mill-istorja riċenti ta’ pajjiżna tintesa u allura n-nies ma tathomx kredtu xieraq għall-progress tal-lum. Skont huma, dan ġara fil-każ tal-isforzi mill-gvern ta’ Dottor Gonzi biex iżomm lill-ekonomija fil-wiċċ wara l-kriżi finanzjarja tal-2008. Dawn l-isforzi messhom baqgħu jiġu proklamati u difiżi mill-PN wara l-2013.

    Ħalliha li kienet l-istess amministrazzjoni Gonzi li daħħlitna fil-qalba tal-basla bid-deċiżjoni mgħaġġla li tgħaqqadna maż-żona ewro llum qabel għada.

    Imma ħalli dal-punt fil-ġenb.

    Il-verità hi li kull partit jinterpreta l-imgħoddi b’mod li jaqbel għaċ-ċirkostanzi taż-żmien li jkun. Parti minn dal-mod, bħala parti wkoll mill-ħajja, hu li ninsew xi jkun wassal għall-preżent.

    Pereżempju, l-fatt li llum ninsabu membri tal-Unjoni Ewropea m’għandu x’jaqsam xejn ma’ x’għamel jew ma għamilx Eddie Fenech Adami. Imma għandu x’jaqsam ħafna ma’ x’għamel il-perit Mintoff bejn l-1996 u l-1998. Tifhimha li l-PL jinjora dal-fatt, kif jagħmel ukoll il-PN.

    ***

    FERROVIJA

    Fil-ħsieb li qed jingħata u fil-ħidma li għad trid issir biex tingħeleb il-problema akuta tal-konġestjoni fit-traffiku, tajjeb li jsiru studji serji dwar titjib fit-trasport publiku. L-idea ta’ linja “urbana”, stil metro, bilfors se ssir aktar attrajenti. Ma nafx kif tista’ tinbena u titħaddem jekk ma tkunx servizz publiku.

    Diġà fil-passat kellna sistema hekk. Ferrovija li mir-Rabat tasal sal-Belt; u twaqqfet: dan fis-snin tletin tas-seklu l-ieħor. Għaliex ġara dan?

    Kienu żminijiet differenti. Biss, ta’ min jifli għaliex l-affarijiet ġraw kif ġraw. Waqt li l-ferrovija ngħalqet, bdew deħlin ix-xarabank li mbagħad saru s-sinsla tat-trasport publiku motorizzat f’pajjiżna.

    Veru li l-passat mhux dejjem mera tal-futur, imma...

    ***

    F’BIRŻEBBUĠIA

    Stagħġibt b’kemm kienet kbira l-attendenza. Xejn ma naqbel li n-nies preżenti tħajru mir-riċeviment li tajna wara. Ġew għax kienu interessati fis-suġġett. Riedu jkunu jafu aktar dwaru.

    Il-Brexit – il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea – mhux materja li tinteressa biss lil min iħuf fi Brussell. Tinteressa liċ-ċittadini tal-pajjiżi Ewropej kollna. Stajt narah f’Birżebbugia fejn żammejna l-laqgħa. Dawk preżenti kienu attenti: Brexit kif se jolqothom, lilhom u lil familthom?

    F’pensjonijiet? F’opportunitajiet ta’ studju għan-neputijiet? Fit-turiżmu? Fil-possibiltà li int tingħaqad ma’ membri ta’ familtek li jgħixu fi-Renju Unit? Fil-kirjiet ta’ appartamenti?

    Il-Maltin ukoll qed jagħmlu l-kalkoli tagħhom. Uħud jinsabu mħawda, biex ma ngħidx imbeżżgħa.

    Forsi jkun tajjeb li l-gvern jiftaħ uffiċju ċkejken minn fejn ikun jista’ jagħti gwida u informazzjoni dwar kif għaddej il-proċess tal-Brexit lil nies li huma konċernati personalment bil-konsegwenzi tiegħu.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook