Malta temmen fiż-żwieġ

  • Lul 09, 2017 20:11
  • Miktub minn Benny Borg Bonello

    Ħaġa li dejjem laqtitni meta jkun hemm kwistjonijiet soċjali li jolqtu ż-żwieġ hi li minkejja li ħafna jieħdu pożizzjonijiet differenti, jekk inħarsu sew insibu li l-maġġoranza kbira temmen fiż-żwieġ.  Issa jekk ikollux forma jew oħra mhux importanti.  

     

    Jekk inħasu lejn soċjetajiet oħra mhux dejjem insibu dan.  Insibu soċjetajiet fejn ir-rabta li jemmnu fiha hi aktar maħlula u mhux formali.  F’Malta iżda nsibu li rridu li din ir-relazzjoni għandha tkun aktar formali, sa ċertu punt regolata, u magħrufa mill-Istat.  Hu għalhekk li jekk naraw it-tibdil soċjali li għaddejna minnu, kull ma għamilna dejjem kien li nestendu l-idea li kellna taż-żwieġ biex nintegraw forom oħra fis-soċjeta’ tagħna.  

     

    Qatt, per eżempju, ma ppruvajna ngħaddu xi liġi li ma taċċettax xi forma oħra.  Jekk nieħdu d-divorzju, kien hemm min ipprova jpinġih bħala xi ħaġa li tkisser iż-żwieġ.  Biss jekk inħarsu sew insibu li dawk in-nies li jridu jidħlu għad-divorzju, jagħmlu dan għax iħossu r-relazzjoni li kellhom issa tkissret u jridu joħolqu relazzjoni oħra.  Iżda mhux biss.  Iridu d-divorzju biex ikunu jistgħu jibnu r-relazzjoni l-ġdida fuq il-forma taż-żwieġ,  relazzjoni aktar formali.  

     

    Min ma jemminx fiż-żwieġ, qatt ma kellu bżonn id-divorzju għax kull ma jagħmel hu li jibni relazzjoni mingħajr bażi aktar permanenti.  

     

    Anki din id-darba.  Mhux qed isir xejn li jillimita lin-nies li jiżżewġu u jidħlu fil-forma taż-żwieġ li jridu huma, iżda li qegħdin nagħmlu hu li nirrikonoxxu forom oħra ta’ żwieġ.  Li qed nagħmlu wkoll hu li mhux nittolleraw forom oħra ta’ żwieġ, iżda naċċettawhom daqs l-oħrajn.

     

    Din it-tendenza li nintegraw aktar gruppi żgħar,  b’ideat ġodda u differenti, hi importanti soċjalment għax mhux biss tkun qed issaħħaħ lis-soċjeta’ iżda tkun ukoll qed tagħti ħajja lis-soċjeta’.  S’intendi, dejjem, sakemm dawn il-gruppi ma jkunux qed jillimitaw il-liberta’ ta’ ħaddieħor.  Barra dan inkunu wkoll qed nemmnu li l-prinċipji li fuqhom hi mibnija s-soċjeta’ Maltija huma sodi għaliex prinċipji oħra mhux ser iwarbu dak li diġa’ għandna.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook