Sajf tipiku Malti u mhux

  • Aww 07, 2017 08:03
  • Miktub minn Chris Fearne

    Sajf tipiku Malti u mhux 

    Ninsabu fl-eqqel tas-Sajf u bħal sjuf oħra, anke ta’ din is-sena fih l-elementi kollha ta’ Sajf tipiku Malti. Is-sħana, ix-xemx, il-baħar, il-festi u l-barbecues. Forsi differenti minn sjuf oħra huwa li x-xena politika din is-sena ma ħaditx vaganzi.

    Huwa sajf li għadu frisk ħiereġ minn elezzjoni ġenerali. Elezzjoni li r-rikonfermat lil Partit Laburista fil-Gvern. Għalina Ministri fil-Kabinett ta’ Joseph Muscat dħalna lura għax-xogħol bir-ritmu u l-entużjażmu li kellna qabel u aktar.

    Social Housing

    Fl-aħħar jiem tħabbar proġett f’Bormla li se jwassal għal numru ta’ propjetajiet għall-hosuing soċjali. Dan il-proġett fih diversi punti li jogħġbuni. L-ewwelnett permezz ta’ dan il-proġett se nkunu qegħdin nagħtu opportunita aħjar lil 65 familja.  

    Il-binja li fiha se jkun qiegħed isir dan il-proġett, il-binja Hannover, hija binja abbandunata li llum qed tagħti lok għall-abbużi. Għaldaqstant proġett li se jara lil din il-binja titwaqqa’ biex minflokha titella’ binja ġdida se jkun qed ifisser nifs ġdid lil dan il-post. 

    Barra minn hekk il-proġett se jkun ukoll qed jaħseb fil-parkeġġ u anke żona ta’ spazju miftuħ. 

    Kareġġjati ġodda – inqas traffiku

    Ħadt gost nisma bil-proġett li ħabbar il-Ministru tat-Trasport, Ian Borg li se jara karreġġjati ġodda madwar ir-round about ta’ bejn il-Gudja u Ħal Luqa. Ta’ kuljum din hija waħda mill-aktar toroq użati fin-naħa t’isfel ta’ Malta. B’mijiet ta’ karozzi ġġamjati kull filgħodu u kull filgħaxija. Proġett li se jagħmel id-differenza fil-ħajja ta’ kuljum ta’ dawk kollha li jgħixu fl-akwati, Ħal Kirkop, Ħal Luqa u Gudja.

     Is-settur tat-trasport bħalissa jinsab għaddejj minn mument pożittiv ħafna. Fl-aħħar jiem ukoll rajna l-ftuħ ta’ parti mill-proġett tal-flyover tal-Kappara. 

    Jidher li b’dan ir-ritmu, qbadna “t-triq” it-tajba biex kif wegħdna fil-manifest elettorali, sa seba’ snin oħra naraw lesti t-toroq kollha ta’ pajjiżna.

    FZL

    Waħda mill-ewwel attivitajiet li kelli bħala Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Parlament tal-Partit Laburista, kienet li nindirizza l-laqgħa ġenerali tal-Forum Żgħażagħ Laburisti.

    Hemmhekk imdawar ma’ dawn iż-żgħażagħ ma stajtx ma naħsibx fiż-żmien li jien ukoll flimkien ma ħafna oħrajn kont nagħmel parti mill-Bureau taż-Żgħażagħ tal-Partit Laburista. 

    Tieħu gost tara persuni li kienu parti mill-FZL fil-passat riċenti, illum f’pożizzjonijiet importanti politiċi, il-President tal-Partit Laburista Daniel Micallef u s-Segretarju Parlamentari għall-Fondi tal-Unjoni Ewropea Aron Farrugia fost oħrajn.

    Nawgura futur mimli suċċessi, bħas-suċċessi kbar li taħt it-tmexxija tiegħu għaddew l-FZL, lill-President uxxenti Alex Saliba. Nawgura l-isbaħ suċċessi lill-ewwel President mara ta’ din l-għaqda, Naomi Cachia, mara żagħżugħa li sa minn eta’ żgħira qed ikollha parti ċentrali fil-politika ta’ pajjiżna. 

    Nawgura lill-FZL, biex hekk kif għamlu fl-aħħar snin jibqgħu jkunu l-leħen progressiv tagħna.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0