Insurance, Barċellona u festi

  • Aww 23, 2017 03:20
  • Miktub minn Benny Borg Bonello

    L-insurances tal-ivvjaġġar

    Bħal ma ktibt l-aħħar darba l-insurances huma importanti għaliex jekk tagħżel dawk l-insurances li jolqtu l-interessi tiegħek, ikollok serħan tal-moħħ li meta xi ħaġa tmur żmerġ, parti mill-ispiża li tħabbat wiċċek magħha tkun tista’ tiġbora mill-insurance.  Biss dan jiġri jekk tażgħel dik l-insurance li tgħodd għalik.  

    Ħafna jaħsbu li kull insurance tkopri kollox.  Żbal kbir għal min jaħseb hekk għaliex barra d-diżappunt li tħoss meta tkun ħallast insurnace għal snin sħaħ issib li din ma tkoprikx fuq dak li hemm bżonn.  

    Żgur li bħalissa l-aktar insurance li hi bżonnjuża hi dik tas-safar. Dan għaliex issa hu żmien li l-aktar isifru nies.  Il-Maltin iħobbu jsiefru u għalhekk l-insurance tieħu importanza akbar.  Din l-importanza tiżdied minħabba li l-Maltin jiġu fit-tielet post fl-infieq għal vaganzi tagħhom fl-Ewropa kollha.  Wara dawk tal-Lussinburgu u l-Awstrijaċi, huma l-Maltin li jonfqu l-aktar.  Fil-fatt hu kkalkolat li bejn wieħed u ieħor il-Maltin jonfqu madwar €590 għal kull safra.  Meta tqis li l-Ewropej l-oħra bejn wieħed u l-ieħor jonfqu €320 kull vjaġġ, il-Maltin jonfqu 80% aktar mill-Ewropej l-importanza tal-insurance tal-ivvjaġġar tieħu dimemzjoni oħra.

    Dan l-aktar għaliex l-akbar parti tan-nefqa żgur li tkun fuq il-flight.  Peress li Malta hi gżira, l-ajruplan hu l-aktar mod popolari biex il-Maltin jivvjaġġaw  

    Għalhekk l-aktar ħaġa li wieħed irid joqgħod attenti hi jekk l-insurance tkoprix kull parti tal-vjaġġ.  Hu għalhekk li din hi l-aktar ħaġa li għandek tkun ċert hu li l-insurance li tkun ser tixtri tkopri.  L-aktar importanti meta taqra hu jekk issibx xi forma ta’ spjegazzjoni ta’ x’inhu vjaġġ fil-policy tiegħek.  

    Hemm insurances li ma jsemmulek xejn.  Meta tara hekk, aħsiba sew.  Dan għaliex l-impressjoni li tagħtik din it-tip ta’ insurance hi li kollox hu kopert, iżda ħafna drabi ssib li dan mhux minnu.  Sfortunatament ħafna nies jiskopru dan meta jiġrilhom xi ħaġa fil-vjaġġ tagħhom, jagħmlu talba lill-insurance biex tkopri l-ispejjeż li ħarġu u jsibu li d’daqqa waħda tal-insurance, bħal saħħar, joħorġu bi spjegazzjoni ta’ x’inhu vjaġġ, spejgazzjoni li ma tkun tidher imkien fl-informazzjoni li tkun ingħatajt u jiċħdulek it-talba.

    Tajjeb li niftakru wkoll li dawn l-inurances tal-ivvjaġġar, illum tista’ wkoll tiksibhom mill-banek meta int tieħu xi card minn tagħhom.  Hemm min jaħseb li dawn ikunu ġew b’xejn.  Hu żbaljat għaliex int tkun ħallast ta’ insurance meta int tkun ħallast il-card.  

    Għalhekk iftaħ għajnejk u wara li tniżżel fuq karta dawk l-affarijiet li għandhom l-akbar probabilta’ li jiġru, iċċekkja li l-inusrance tal-ivvjaġġar li għandek tkoprihom.  Jekk għandek xi dubju staqsi u ara li jkollok risposta bil-kitba.  Jekk ma tagħmilx hekk, hemm probabilta’ kbira li tkun qed tarmi flusek il-baħar.  

    Barċellona

    Żgur li waħda mill-ibliet li jħobbu jżuru l-Maltin hi Barċellona.  Belt li hi Mediterranja u li għandha kultura barra li wieħed jista’ jiddeverti.  

    Belt oħra li dawn l-aħħar jiem intlaqtet minn attakk terroristiku fejn persuni komuni li ħadd ma jaf minn kienu, qegħdin jieħdu vaganza ġew attakkati b’mod kodard u mimli mibgħeda.  Numru minnhom inqatlu, oħrajn ġew feruti filwaqt li dak li kienu għall-vaganza tista’ tgħid li l-vaganza tagħhom ġiet irovinata.  L-akbar mistoqsija li żgur jistaqsu dawn in-nies hi, għaliex jien,  x’għamilt? Nies innoċenti li ntlaqtu intortament.

    Il-problema ta’ radikaliżmu reliġjuż hi li diffiċli li tikkontrollha.  Hemm ħafna raġunijiet għal dan.  Żgur li ħaġa li tagħti karateristika partikolari għal dan it-tip ta’ terroriżmu hi li min iwettqu hu konvint li wara li ser iwettaq dan l-attakk u jinqatel, ser jieħu l-premju etern tal-ġenna.  Ideja tal-medju evo, iżda li f’ċerti reliġjonijiet għadha ħajja.  Kont issibha f’kull reliġjoni.  Għalhekk kenna l-kruċjati.  Għalhekk għaddejna minnhom is-sittinijiet .  Minħabba dawn it-tip ta’ idejat.

    Filwaqt li tipi oħra ta’ terroriżmu, bħal Brigate Rosse u oħrajn li anki kienu qed jiġġieldu bl’armi biex jeħilsu lill-pajjiżhom, kien hemm soluzzjonijiet prattiċi billi tintegrhom, għal dan it-tip ta’ terroriżmu dawn is-soluzzjonijiet ma jaħdmux.  

    Nemmen li dan it-tip ta’ terroriżmu tista’ teħles minnu f’tul ta’ żmien u billi tiġġieled l-ideja prinċipali ta’ dan it-terroriżmu.  Għalija dawn in-nies jemmnu li nies bi twemmin ieħor jew mingħajr twemmin, ma’ hawnx posthom.  In-nies bi twemmin reliġjuż ultra konservattiv ma jemmnux li ħaddieħor għandu d-dritt li jemmen li jrid.  Għalhekk huma kontra l-liberta’ tal-individwu.  

    Hawn hu l-qofol tal-problema.  Il-liberta’ li xi ħadd jemmen f’xi reliġjon hu dritt.  Imma dan id-dritt ma jiġiex waħdu.  Dan id-dritt jiġi mal-prinċipju li kif għandek dritt temmen int f’xi reliġjon, daqshekk ħaddieħor għandu dritt li jemmen li jrid.  Dan il-prinċipju ma japplikax biss għar-reliġjonijiet, iżda għad-dritt li bniedem jgħix kif irid.  Jekk ineħħu dan id-dritt, id-demokrazija tispiċċa fix-xejn.

    Għalhekk wkoll nemmen li dan il-prinċipju għandna ndaħħluh f’moħħ it-tfal minn ċkunithom.  Hu b’hekk li nistgħu niġġieldu dan it-terrur antik li reġa’ ħa l-ħajja riċentament meta l-idejoloġiji spiċċaw.

    Nemmen li f’soċjeta’ pluralistika bħal tagħna, irridu nderru t-tfal tagħna li filwaqt li japprezzaw dak li nemmnu fih, ma nkasbrux dak li jemmen fih ħaddieħor.  Dan nistgħu nilħquh biss jekk it-tfal jitħalltu.  Għalhekk ma nemminx li l-aħjar hu li kull tifel u tifla fl-iskejjel jiġi mgħallem ir-reliġjon tiegħhu.  It-tfal fl-iskejjel flimkien għandhom jitgħallmu l-valuri tas-soċjeta’ tagħna.  B’hekk it-tfal jidraw li minkejja li huma għandhom ir-reliġjon tagħhom, hemm valuri mportanti li tagħqaddhom ma tfal b’reliġjon differenti.

    Il-festi

    Bħal issa l-istaġun tal-festi hu fl-aqwa tiegħu.  Il-festi huma dik il-ħaġa li tqajjem kull lokal għax kull lokal għandu mill-anqas festa waħda.  Veru li mhux kulħadd jiċċelebra bl-istess entużjamu u bħal ma għandek festi kbar għandek festi żgħar.  Biss xorta kull festa għandha l-karateristiċi tagħha.  

    Il-probabilta’ hi li dawk il-festi żgħar, ħafna miċ-ċelebrazzjonijiet iduru mal-knisja fuq ġewwa filwaqt li dawk il-kbar aktar jikonċentraw fuq barra.  Ħafna min-nies iqiesu li l-festa ta’ barra hi l-aktar importanti u li tagħmel il-festa kbira.

    Nemmen li t-tnejn jistgħu ikunu kbar u li jistgħu ikunu attrazzjoni sew għal-Maltin u sew għat-turisti.  Illum għandek numru sew ta’ Maltin li jħobbu jmorru l-festi biex sew jaraw il-festa u sew jaraw il-post.  Ta’ l-aħħar illum sar importanti wkoll għaliex sew iċ-ċentri tal-bliet u l-irħula tagħna illum ġew irranġati u ġeneralment jinżammu f’kudizzjoni tajba u għalhekk saru attrazzjoni fihom infushom.  Biss hemm wkoll il-każini tal-baned li għandek ħafna minnhom huma opra fihom infushom.  Fil-fatt hi ħasra li fil-maġġoranza l-każini fil-festa jintużaw biss biex tmur u tixrob xi ħaġa.  Hi ħasra li dawn ma jintużawx bħala attrazzjoni fihom infushom billi persuna tkun tista’ tidħol biex tara l-każin u tapprezza dak li huma kapaċi jagħmlu l-membri tagħhom mhux biss bil-mużika u l-ħila li jibnu każini bħal dawn, iżda b’ħiliet oħra.  

    It-tajjeb tal-festi tagħna irridu naraw kif inkabbruh sew għal ġid tan-nies li jorganizzaw il-festi iżda tal-komunita’ kollha sew ir-raħal u l-belt fejn tiġi organizzata l-festa iżda għal ġid ta’ Malta.  

    Biss biex nagħmlu dan irridu li naqtgħu wkoll l-abbużi.  Bħal ma hemm nies li jħobbu l-brijju tal-festi fil-komunita’ tagħna hemm nies li jippreferu l-kwiet.  L-abbużi hemm mhux biss fl-istorbju żejjed, iżda wkoll fl-imġieba tagħna.  Ħaġa li rridu nifhmu hi li anki meta nkunu qed niċċelebraw il-festa tagħna, il-ħajja għal-oħrajn tkompli normali.  Ma nistax nifhem kif f’xi postijiet arterji tat-traffiku, xi kultant jiġi permess li jingħalqu toroq arterjali.  Din mhix aċċetabli fil-ħajja tal-lum.  Jekk in-numru ta’ toroq hu limitat ħafna, il-Kunsill irid jara li jissuġġerixxi biex jinbnew toroq oħra li filwaqt li jħallu li l-festa tkompli, nies oħra jkunu jistgħu ikomplu fil-ħajja tagħhom.  

    Lanqas mhu aċċettabli li biex isir il-logħob tan-nar, kellhom jittardjaw titjiriet milli jitilqu minn Malta.  Hemm min jgħidlek x’fiha li xi ajruplani kellhom idumu milli jitqgħu minn Malta?  Jekk kellek passiġġiera li kellhom jaqbdu titjira oħra, lil daw ser tagħmillhom effett kbir għax barra li jitilfu l-connection, jekk kellhom insurance bħal ma semmejna aktar ‘l fuq, jibgħu lampa stampa.

    Għalhekk fi ftit prudenza, nistgħu nkomplu nkabbru l-festi tagħna.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0