Għoli tal-ħajja
Il-baġit iġib miegħu ċerta stennija. L-aktar minn dawk li qegħdin fl-aħħar skaluni tas-soċjetà. Dawk li jaqilgħuha u jikluha. Meta jaqilgħuha.
Dawn huma l-istess nies li jħokku naqra rashom meta jisimgħu li l-ekonomija kibret b’6.4% bejn April u Ġunju ta’ din is-sena. Tajjeb jgħidulek. Imma l-ekonomija ta’ min?
Bir-raġun, la l-ekonomija sejra tajjeb, nistennew li mill-ġid li qed jinħoloq igawdi kulħadd.
Wara kollox hekk titlob il-ġustizzja soċjali.
Żieda
F’sitwazzjni bħal din ma tantx idoqq sabiħ li ż-żieda li mistennija tingħata fil-baġit għall-għoli tal-ħajja se tkun ta’ €1.75 biss.
Veru li fil-baġit li għadda konna ngħatajna xi ħaga żejda, imma kif tista’ tifhem li €1.75 fil-ġimgħa se jagħmlu tajjeb għall-għoli tal-ħajja?
Mis-sena l-oħra lil hawn il-ħajja kompliet togħla, l-aktar il-kirjiet. Li nistgħu ngħidu splodew.
Imma kif tinħadem l-inflazzjoni, biex imbagħad fuqha tingħata ż-żieda, donnu l-kera ma tantx teffettwa.
Kera u ikel
Jien ekonomista m’iniex. Imma meta titkellem man-nies li qegħdin hemm taħt, jgħidulek li l-biċċa l-kbira ta’ flushom jonfquhom fil-kera u fl-ikel.
Is-sena li għaddiet, wieħed mill-ekonomista ewlenin, qalilna li l-ħajja għal dawn in-nies togħla ferm iżjed.
U skont il-kalkoli tiegħi, maħduma fuq l-istudju tal-Caritas, il-ħajja għoliet bejn 6% u 8%.
Ovvjament, min jgħix bil-paga minima jew bil-pensjoni, biex ma nsemmix ukoll lil dawk li jgħixu bil-benefiċċji, m’għandu bzonn l-ebda ekonomista biex jgħidlu kemm għoliet il-ħajja.
Il-pass li jmiss
Għal min jemmen fil-ġustizzja soċjali, il-progress jew in-nuqqas tiegħu, jitkejjel bit-tip ta’ ħajja li jkunu qed jgħixu dawk l-aktar dgħajfa fost il-membri tas-soċjetà.
Għalhekk irid jinstab mezz kif dawn in-nies jibdew jieħdu naqra tar-ruħ. Miniex ngħid li ma sar xejn. Imma kulħadd jaqbel li jonqos ħafna xi jsir.
U naħseb pass importanti jkun li nsibu mezz kif lil dawn in-nies nikkumpensawhom bis-serjetà għall-għoli tal-ħajja.
Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.
Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra.
Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub.
Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett.
Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju,
inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.
Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek,
se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih.
F'din l-imejl se tirċievi security code.
Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni.
Din hija proĊedura li ssir darba.
Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek.
Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.