Il-ħsieb negattiv

  • Set 14, 2017 07:30
  • Miktub minn Alfred Sant

    Ninsabu assedjati minn propaganda politika u soċjali li tridna nkunu “pożittivi”. B’hekk, igħidulna, nagħtu kuraġġ liċ-ċittadini tagħna. Se jagħrfu l-isfidi quddiemhom u jaffaċċjawhom.

    Forsi għandna bżonn nagħrfu wkoll madankollu l-qawwa tal-ħsieb negattiv. M’inix nifhem l-argument li awtomatikament b’mod għami, jkasbar dak li qed isir jew sar.

    Bil-ħsieb negattiv, li lest jgħid le, nistgħu nqisu xinhu jsir ħażin u għaliex. U nipproponu alternattivi li jistgħu jkunu aħjar mill-arranġamenti tal-lum. Matul is-sekli, l-protagonisti tal-ħsieb negattiv makinux biss xjaten. Kienu wkoll qaddisin, bħal Thomas More. Biex joħloq l-Utopja li ħassel hu, tellaq ħarsa negattiva lejn id-dinja ta’ madwaru. Għaliha ried jipproponi alternattiva.

    M’inix kompetenti biex nagħti ġudizzju fuq l-utopja ta’ More. Imma nemmen li l-ħsieb “negattiv” jixraqlu aktar stima. 

    ***

    MACRON QUDDIEM L-AKROPOLI

    Ġimgħa ilu, taħt l-Akropoli f’Ateni, deċennji wara li Andre Malraux kien għamel l-istess, il-President Franċiż Emmanuel Macron ta indirizz interessanti dwar kif jara hu l-futur tal-Ewropa, speċjalment iż-żona tal-ewro.

    Issa li għandu poter kważi assolut f’pajjiżu, Macron irid joħroġ bi proposti konkreti għat-tmexxija futura tal-Ewropa. Qal li l-ġenerazzjonijiet il-ġodda, li tagħhom bir-raġun iqis ruħu wieħed mill-mexxejja, għandhom opportunità liema bħalha biex isaħħu l-binja Ewropea u għandhom jużawha b’effett. Imbagħad ġie biex jiddeskrivi l-miżuri li skont hu għandhom jittieħdu.

    Forsi ma setax ikun mod ieħor. Ma tistax tgħidilhom ħobż mimgħud għax għadhom ma ġewx attwati. Imma l-proposti tiegħu ma kellhom xejn li stajt tgħidlu “ġdid”. Kienu repetizzjoni ta’ x’qalu l-ġenerazzjonijiet (Franċiżi) ta’ qabel Macron. Nies bħal Moscovici, l-kummissarju Franċiż fil-Kummissjoni Ewropea. Għalhekk id-diskors ta’ Macron, interessanti kemm kien interessanti, ma fetaħx prospetti “ġodda”.

    U l-mistoqsija fondamentali baqgħet l-istess bħal qabel: x’se jgħidu l-Ġermaniżi?

    ***

    RUMANZI MILL-ITWAL

    Kelli diskussjoni dwar ir-rumanzi twal, twal ħafna. M’għadhomx aktar moda, qaluli. In-nies imgħaġġla wisq. Tiha l-qosor. Se tiflih u tibqa’ għaddejja. Kemm hu minnu dan? Għal pajjiżna u lil hinn minnu?

    Għax fit-televixin illum, rumanzi ma jispiċċaw qatt jibqgħu għaddejja bħala telenovelas, mill-Ġermanja sal-Kolombja. U r-rumanzi Ewropej tat-tul hekk żviluppaw, bħala rakkonti li jsegwu minn puntata għal puntata. Ħaġa li tgħodd għal Charles Dickens daqskemm tgħodd għal Eugene Sue. X’differenza kien hemm fit-tiswir tal-kitbiet tagħhom, minn dak li qed jiġri llum bit-telenovelas?

    F’dal-qafas, hemm mela m’hemmx spazju għar-rumanzi li ma jispiċċaw “qatt”, kif kienu jinkitbu anke f’Malta fi żmien meta kienu jinbigħu faxxiklu faxxiklu b’rakkonti melodrammatiċi li ġieli jwasslu sa elf paġna. Għandi xi wħud minnhom!

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0