Tallinja u AirMalta

  • Set 26, 2017 07:40
  • Miktub minn Benny Borg Bonello

    Ftit ta’ xhur ilu ktibt dwar tal-linja jew is-servizz tat-trasport pubbliku.  Ktibt li għalkemm kien għad fadal xi jsir, sar titjieb.  Illum il-fehema tiegħi ma tantx għada l-istess.  Illum qed nara li f’ċerta affarijiet morna lura minflok il-quddiem.

    L-akbar difett li s-seriz tat-trasport pubbliku dejjem kien li ma tistax toqgħod fuqu u jkollok moħħok mistrieħ li ser tasal f’ċertu ħin.  Ftit xhur ilu kien hemm titjieb.  Dan kien jinħass u n-nies ittendew bih.  Xorta kien għad fadal xi jsir, iżda konna resqin.  Illum ma nistax ngħid l-istess.

    Ħaġa li kullħadd ittenda biha hi li dan l-aħħar xhur mhux l-ewwel darba li karozzi li kellhom jidhru f’ċertu ħin ma jidhrux.  Dan ifisser li s-servizz ta’ ħin partikolari ma jkunx ingħata.  L-aktar li jidher hu l-Belt.  Mhux l-ewwel darba li nkun il-Belt u fuq l-avviż elettroniku jidher li karozza għandha titlaq, per eżempju, f’hi kwart.  Il-ħin isir u għoxrin u tmur tistaqsi.  Jgħidulek li għada ma waslitx.  Ftit wara il-karozza tasal iżda f’daqqa waħda l-avviż elettroniku jibda juri li l-karozza għandha titlaq f’hu nofs.   Li jfisser li l-karozza ta’ u kwart ma saritx.  Jekk tal-Malta pubblic Transport jaħsbu li l-passiġġieri ma jittendux, sejrin żmerċ.  Jekk tat-Transport Malta jittendux hi ħaġa oħra, biss il-passiġġieri jittendu.

    L-agħar hu meta l-ewwel karozza speċjalment tal-isptar ma ssirx jew titlaq tard.  Meta jsir hekk, ħafna min-nies li jaslu tard huma l-imfermiera u nies oħra li jaħdmu l-isptar.  Biss din il-karozza tintuża wkoll minn ħafna nies li jaħdmu fil-prekarjat.  Li tasal tard l-uffiċċju ma tkunx waqgħet id-dinja, biss għal dawn in-nies li tasal tard, tfisser paga anqas u biċ-ċans li titlef il-job.

    In-nies li jużaw is-servizz tat-trasport pubbliku jittendu b’kollox.  Daqs ma ttendux bil-gaf li għamel uffiċċjal barrani għoli tal-kumpanija meta ftit ta’ xhur ilu semma li kienu għadhom kemm waslu numru ta’ karozzi ġodda u li dawn ser jintefgħu jaħdmu fuq il-linji tal-ajruport.  Id-diskors tal-passiġieri għal dik il-ġimgħa kien kollu fuq dan bi tgergir li l-kumpanija qed tistma’ l-passiġġieri Malti bħala ċittadini tat-tieni klassi.

    Ħaġa oħra li nbidlet dan l-aħħar hi l-atitudni tal-ħaddiema.  L-attitudni lejn il-passiġġieri qed terġa tmur lura għal ‘jekk ma joġgħbokx, dabbar rasek’.  Din hi l-attitudni l-antika Maltija li s-servizz primarjament hu biex inħaddmu l-ħaddiema u mhux biex nipprovdu servizz tajjeb u effiċjenti lil-konsumaturi.  Il-ħaddiema għandhom ikollhom id-drittijiet tagħhom imħarsa b’kundizzjonijiet tajbin.  Biss irridu niftakru li l-poplu Malti fl-elezzjoniji tal-1987 u kkonfermata bir-refendum tal-UE fid-90ijiet kien iddeċieda li Malta tuża s-sistema tas-suq.  Dan ġab bidla kbira importanti li ftit ittendew biha.  Din hi li kumpanija li l-prezzijiet tagħha huma għoljien, jew is-servizz tagħha mhux tajjeb, m’għandiex posta fl-ekonomija Maltija.  

    Illum mhux bħal qabel.  Jekk is-servizz tat-trasport pubbliku mhux tajjeb, naqbad il-karozza tiegħi.  Hu għalhekk li l-attitudni li ‘jekk ma joġgħbokx, dabbar rasek’ illum ma taħdiemx.   Irridu nkunu ċari li din l-attitudni reġgħet telgħet ‘l fuq minħabba li ħaddiema barranin jidher li naqsu.  

    Illum qed nerġgħu naraw drawwiet antiki jerġgħu jitilgħu ‘l fuq.  Jekk il-karozza għanda titlaq fi kwart, minflok li titlaq il-karozza f’dak il-ħin, għandek xorti jekk tara x-xufier tiela fuq il-karozza biex jipprepara.  L-istess meta l-karozza tersq lejn l-istage.  Ftit huma dawk ix-xufiera li jersqulek mal-bankina biex ikun aktar faċli biex in-nies jitilgħu l-karozzi tal-linja.  

    Irridu niftakru li minkejja li l-figuri tal-passiġġieri telgħu, il-probabilta’ li jekk isir xi stħarriġ insibu li l-aktar li jużaw dan is-servizz huma l-anzjani u l-barranin.  Issa għal anzjani li titla l-karozza mingħajr tbagħtija hi mportanti.  

    Importanti li ngħidu li mhux ix-xufiera Maltin kollha huma hekk.  Għandek biċċiet minnhom li huma professjonali fis-sens li jiġu fil-ħin, jagħtu servizz tajjeb lil-passiġġieri u jsuqu tajjeb.  Nemmen li jekk nistmaw lil-kulħadd l-istess, is-servizz ikompli jmur lura.  Jekk iżda lix-xufiera tabin nipremjawhom u neħilsu mill-oħrajn, is-serizz jista’ jitjieb sew għal passiġġieri u sew għall-ħaddiema.  Hu dmir tal-kumpanija li dawn in-nuqqasijiet jirranġaw ruħhom.  Għalhekk qed inħallsuhom.

    Biss hu dmir wkoll Transport Malta bħala r-Regulatur li jara li ma jkunx hemm nuqqas ta’ trips.  Jekk isir dan, għandhom wkoll dmir li jnaqqsu mis-sussidju.  Ħaġa oħra li Transport Malta trid tara hu l-ħinijiet li qed jitilqu l-karozzi mill-vendi li hemm.  Bħal ma ktibt aktar ‘l fuq, l-aktar ħaġa li tagħmel dan is-servizz wieħed li ma tistax toqod fuqu hu li ma tistax tippjana meta ser tasal.  Jekk nikkontrollaw l-ħinijiet meta l-karozzi joħorġu mill-venda, inkunu għamilna pass ‘l quddiem ħafna.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0