IT-TAXXA FL-EWROPA

  • Set 28, 2017 10:00
  • Miktub minn Alfred Sant

    IT-TAXXA FL-EWROPA

    Għadha tirrombla ċ-ċaqliqa fl-Ewropa biex it-taxxi fuq il-kumpaniji (u eventwalment fuq iċ-ċittadini) iqarrbu lejn xulxin pajjiż pajjiż. Suppost li din it-tassazzjoni hi sal-lum il-prerogattiva tal-istati membri tal-Unjoni Ewropea. Huma jiddeċiedu kif iridu jissettjaw it-taxxi tagħhom.

    L-argument irranka: Dan l-arranġament wassal għalkomplessità dejjem akbar f’kif kumpaniji kbar u żgħar jistgħu jagħrblu l-impatt tal-investimenti li jagħmlu  f’pajjiżi differenti f’Ewropa li suppost hi bla fruntieri.

    L-arranġament qiegħed jippermetti lill-kumpaniji, speċjalment kbar, li jbażwru l-kontijiet tagħhom biex juru profitti fil-pajjiż fejn l-anqas ikollhom iħallsu taxxi fuq il-profitti; ġieli jispiċċaw ma jħallsu xejn. Qed issir kompetizzjoni inġusta dwar taxxi bejn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, ħaġa li qed timmina s-suq komuni li jeżisti bejniethom.

    Kważi qatt ma jissemma l-argument li pajjiżi ċkejkna, jew periferali, u gżejjer għandhom bżonn li jsostnu sistemi ta’ taxxi vantaġġjużi biex jiġbdu lejhom l-investiment privat.

    HIV

    Jidher li mad-dinja kollha – b’mod ġenerali – il-marda tal-AIDS li ħolqot paniku enormi daqs tletin sena ilu, riesqa lejn kontroll sħiħ. Ċelebretajiet magħrufa bħal Michel Foucault u ma nafx kemm-il film star Amerikan, mietu biha.

    Ir-reliġjonijiet akkapparraw il-marda biex jisħqu fuq it-teżi tagħhom li l-illaxkar sesswali jwassal għal qerda, bħal ma ġara f’Sodom u Gomorrha. Diffiċli tirribatti l-miti ta’ dat-tip.

    Biss l-aqwa problema għad trid tiġi solvuta: it-tneħħija ta’ kull stigma fuq min għandu l-HIV/riesaq lejn l-AIDS. Il-marda qed tkun imrażżna, anke fl-aspetti kontaġjużi tagħha. Fejn għad m’hemmx kontroll hu fil-qies li s-soċjetà tagħti lil min għax inqabad bil-marda, ikollu jiżvela l-kondizzjoni tiegħu, bħal meta japplika għal impjieg jew xi benefiċċju soċjali. Jibża’ li se jiġi ttimbrat u mwarrab. Kif x’aktarx jiġri. 

    L-GĦAŻLA FL-ISPORT 

    Fil-politika sportiva, il-pajjiż ikollu jagħżel lil xhiex għandu jagħti l-aqwa riżorsi: jekk hux lill-promozzjoni ta’ sport għal kulħadd, billi tinżamm firxa ta’ faċilitajiet sportivi li jista’ jipparteċipa fihom kulħadd – mhux b’għan kompetittiv imma bħala delizzju u biex itejjeb il-kondizzjoni fiżika tiegħu/tagħha; jew hux bil-promozzjoni ta’ atleti u pleyers li jmorru tajjeb f’kompetizzonijiet internazzjonali fejn jidħlu f’isem il-pajjiż.

    Tal-ewwel isservi biex tkabbar is-sens ta’ ħajja tajba fost il-poplu, li hi mira ammirevoli. Tat-tieni tagħti sentiment ta’ kburija b’dak li jagħmilna Maltin. Dejjem jekk jew waħda jew l-oħra, jew idealment it-tnejn, jirnexxu.

    Forsi neħtieġu rendikont analitiku ta’ fejn qed naslu f’dawn iż-żewġ miri? Għal wieħed li jħares minn barra, donna ninsabu lura fit-tnejn. L-agħar, jekk qed nifhem tajjeb, hu li fejn il-partiċipazzjoni fl-isport l-aktar żdiedet fost il-Maltin dan ġara fl-imħatri sportivi.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook