Min qatel il-wiżża?

  • Set 30, 2017 09:27
  • Miktub minn Charles Miceli

    Min qatel il-wizza?

    In-neputi għadu żgħir. Wisq żgħir biex ikun jaf jaqra. Xi kliem ‘l hawn u ‘l hemm jagħrafhom imma żgur mhux se jaqra fit-tul.

    Aħna nipprovaw nagħmlu li nistgħu biex inrawmuh iħobb il-kotba. U għalhekk qabel jorqod dejjem naqrawlu xi storja.

    Il-ġimgħa l-oħra huwa ġab il-ktieb “Ħrejjef ta’ Esopu”. U xtaq li naqrawlu l-istorja tal-wiżża li kienet tbid il-bajd tad-deheb.

    Kulħadd jafha imma….

    Il-ħrejjef ta’ Esopu huma magħrufa mad-dinja kollha. U minkejja li għaddew snin twal minn fuqhom, għadhom friski. 

    U l-istorja tal-wiżża li kienet tbid il-bajd tad-deheb naħseb kulħadd jafha. Imma mhux kulħadd jifhem eżatt it-tagħlima tagħha.

    Fil-qosor l-istorja tgħid li kien hemm koppja fqira. U darba fost l-oħrajn il-wiżża li kellhom biedet bajda tad-deheb. 

    Għall-ewwel skantaw. Imbagħad bdew jaraw x’jistgħu jixtru jekk ibigħu l-bajda tad-deheb.

    L-għada l-wizza biedet bajda ohra tad-deheb. U l-pitgħada wkoll. Issa l-koppja daħħluha f’rashom li jekk il-wiżża se tibqa' tbid bajda kuljum se jsiru sinjuruni. 

    Rgħiba

    Imma r-rgħiba għelbithom. U ma kellhomx paċenzja jistennew. Riedu jsiru sinjuruni f’daqqa. 

    Allura ddecidew li joqtlu l-wizza għax bdew jimmaginaw li għandha għenieqed mimlija bajd tad-deheb f’żaqqha.

    Għalija it-tagħlima hija sempliċi. Li mhux ir-regoli, mhux il-paċenzja, joqtlu l-wiżża. Imma r-rgħiba. 

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook