L-ISTESS ŻARBUN GĦAL KULĦADD

  • Ott 02, 2017 08:26
  • Miktub minn Alfred Sant

    L-ISTESS ŻARBUN GĦAL KULĦADD

    Bidliet meħtieġa fil-mod kif il-qasam tal-assikurazzjoni jmexxi x-xogħol tiegħu se jiddaħħlu mill-Kummissjoni Ewropea fuq bażi Ewropea. Kulħadd jaqbel li l-bidliet għad jagħmlu tajjeb. Il-Kummissjoni qed tinsisti li huma jridu jkunu fis-seħħ sa ċertu żmien.

    Il-qasam hu magħmul minn ditti kbar għal oħrajn iċken għal ditti ċkejkna ħafna. F’Malta, l-maġġoranza kbira tal-kumpaniji huma minn tal-aħħar. Se jkollhom jagħmlu spejjeż, għalihom kbar, biex ilaħħqu mad-direttiva li se toħroġ il-Kummissjoni. L-agħar problema għalihom imma hi li mhux se jkunu jistgħu jlaħħqu mad-data li ssettjat il-Kummissjoni għall-bidliet. Qed jitolbu għal aktar żmien. Mhumiex jitolbu ħafna.

    Għandna hawn eżempju ieħor ta’ vizzju Ewropew: iridu jlibbsu l-istess żarbun lil kulħadd. Fl-aħħar snin, dad-deni naqas. Imma għadu hemm. Jolqot ħażin l-aktar lill-pajjiżi ż-żgħar fl-Unjoni. Il-kbar għandhom aktar x’jilqagħlhom: il-le tagħhom jammonta għal theddida li ma jħallux proposta titwettaq jekk tibqa’ kif tkun. Jingħataw widen.

    MEUSAC

    Attendejt laqgħa tal-MEUSAC, il-kunsill li jeżamina żviluppi Ewropej bis-sehem tal-gvern u tal-korpi ekonomiċi u soċjali tal-pajjiż. Għad-diskussjoni, kellna r-riformi li qed jiġu proposti fl-Unjoni Ewropea għaż-żona tal-ewro. Hu suġġett kruċjali għal Malta li ma tantx nagħtu kasu. Donna rassenjati li se nimxu skont il-linji li jfasslu l-membri l-oħra taż-żona, fuq quddiem nett il-pajjiżi l-kbar.

    Filfatt dak li għamilna sa issa: minn deċiżjonijiet dwar kif tiġi trattata l-Greċja għal oħrajn dwar kif għandhom jiġu miflija u msewwija l-baġits nazzjonali tal-pajjiżi membri.

    Uħud mill-proposti li jissemmew jikkonċentraw il-poteri fit-tmexxija tal-ewro waqt li jsaħħuhom.

    Jekk jgħaddu... li sa issa ma tantx hu probabbli... l-ewro bħala munita nazzjonali tagħna jsir għalina bħall-isterlina fiż-żmien meta din ukoll kienet il-munita tagħna.

    BAĠIT 2018

    Fi żmien meta l-ekonomija tibqa’ tirranka – kif ġara dis-sena – id-dilemmi fit-tfassil tal-baġit tal-gvern ikunu differenti minn tas-“soltu” meta trid tara fejn u kif se tqanċeċ. Xorta waħda jkunu diffiċli ħafna.

    L-ewwel nett, ma tridx tbarri t-tqanċiċ mill-proċess: fis-sens li sfida enormi f’baġit bħal dan hu li ma tħallix li mar-rankatura ekonomika, tirranka wkoll il-ħala. Imma kif għandu jintlaħaq dan il-għan?

    Imbagħad hemm l-għażliet dwar kif se tiddoża l-miżuri. Kif se żżomm bilanċ bejn żieda f’nefqa meħtieġa imma politikament ftit issarraf, u żieda f’nefqa anqas meħtieġa imma trendi politikament; bejn dak li jista’ jiġġenera riżultati tajba ħafna fil-quddiem b’ċansijiet ċkejkna li jasal, u ieħor fejn ir-riżultati huma żguri imma jaslu bil-lajma; bejn anqas taxxa jew nefqa akbar; bejn il-popolari għalkemm ftit utli, u dak li jixhed prudenza imma jinħass bħala xeħħa.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook