Imgħaxijiet baxxi

  • Ott 09, 2017 08:03
  • Miktub minn Dr Alfred Sant

    L-imgħaxijiet baxxi tal-aħħar snin fuq depożiti fil-banek poġġew tensjonijiet ġodda fuq ċittadini – speċjalment anzjani – li d-dħul mid-depożiti tagħhom kellu jkun parti importanti minn x’se jgħixu bih matul is-sena.

    Uħud – mhux ftit – qatgħuha li l-aħjar soluzzjoni għalihom kienet li minflok iżommu flushom fil-banek, jaraw kif se jixtru binja jew parti minnha, biex wara jikruha. Ħalliha li din ma kinitx soluzzjoni li tassew tista’ tirnexxi. Iż-żamma ta’ binja għall-kiri bħala mod ta’ dħul finanzjarju – ħaġa li tagħmel mill-Maltin rentiers fis-sens ekonomiku tal-kelma – tinħass tajba fiż-żminijiet tajba. Imma toħloq problemi kbar fi żminijiet fejn tonqos it-talba għall-kirjiet ta’ djar u appartamenti.

    Jekk dawk li se jkollhom jiffaċċjaw iż-żminijiet diffiċli, jinzertaw aktar anzjani milli huma llum, se jkollhom problemi akbar.

    Il-ministru Ġermaniż tal-finanzi li daqt jispiċċa mill-kariga, Schauble, qajjem il-problema ta’ kif l-imgħaxijiet baxxi qed jaffettwaw id-dħul tal-anzjani. Kellu punt.

    ***

    KAP TAL-OPPOŻIZZJONI ĠDID

    Kap tal-Oppożizzjoni għandu l-ispazju istituzzjonali tiegħu. Dan l-ispazju għandu jiġi rispettat, kif sa issa ġara f’pajjiżna mill-Indipendenza lil hawn.

    Wieħed mill-aktar spettakli politiċi interessanti hu meta Prim Ministru stabbilit isib ruħu “wiċċ imb’wiċċ” ma Kap tal-Oppożizzjoni ġdid. Lil hinn mill-istupidaġnijiet li wieħed jara jew jaqra fuq il-midja soċjali, din hi sfida għat-tnejn li ftit hawn bħalha.

    L-akbar rigal li jista’ jagħmel gvern f’dil-qagħda hu li jissottovaluta lill-Kap tal-Oppożizzjoni l-ġdid.

    L-akbar rigal li jista jagħmel Kap tal-Oppożizzjoni ġdid hu li jassumi li se jkun hemm xi rieda “ħanina” lejh min-naħa tal-gvern.

    Il-Prim Ministru Theresa May tar-Renju Unit tat xhieda ta’ dawn il-“veritajiet” dis-sena meta sejħet elezzjoni bikrija u fallielha t-tir.

    ***

    CARPARKS

    Mhux ħlief nisimgħu kif l-industrija tal-bini qed tfur bix-xogħol u nimmaġina, profitti.

    Igħidulna bla waqfien dwar proġetti għal torrijiet u blokki ta’ appartamenti f’żoni residenzjali u oħrajn li suppost jinżammu ħielsa mill-bini. Talanqas ġieli jissemmew binjiet ta’ lukandi li jżidu l-potenzjal tagħna biex nilqgħu lit-turisti u noħolqu aktar impjiegi għall-Maltin (?). Imma anki dawn jintrabtu mal-bini magħhom ta’ appartamenti għall-bejgħ.

    Li nsib stramb hu li qatt ma nisimgħu fuq proposti għall-bini ta’ car parks kummerċjali taħt l-art. Kull fejn inkun, fl-ibliet tal-Ewropa, nara minnhom. Malta kważi xejn li xejn. Fl-istess ħin, jekk kien hemm fawra fil-bini fl-aħħar snin, l-istess ġara fit-traffiku.

    Suppost li hawn suq kbir għall-parkeġġi kummerċjali.

    Il-bini tagħhom, nistħajjel, joħloq xogħol daqs dak tal-bini ta’ blokk appartamenti u torrijiet. Anzi l-bini ta’ dawn se jirrekjedi aktar postijiet fejn jitpoġġew il-karozzi, u mhux biss tar-residenti.

    X’inhu jiġri?

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook