Ħasra... Int fejn qed tgħix?

  • Ott 18, 2017 18:32
  • Miktub minn Charles Miceli

     Int fejn qed tgħix?

    Ma rridx nikteb fit-tul. U rrid noqgħod attent mill-kliem żejjed. Għax il-kliem zejjed lanqas għall-avukati mhu tajjeb (no pun intended).

    Imma ma nistax ma ngħidx xi ħaga. Il-mewt ta’ Daphne Caruana Galizia ssummatni. U qabel inkompli nixtieq nibgħat il-kondoljanzi tiegħi lill-familjari tagħha.

    Bħal ħafna, la kont naqbel mal-istil u lanqas mal-kontenut tal-biċċa l-kbira tal-kitbiet tagħha. Imma f’pajjiż suppost demokratiku, suppost kulħadd għandu l-libertà jgħid li jrid.

    Jekk imbagħad jinqabeż il-line, suppost hemm modi ċivilizzati kif dak jew dik li tkun tieħu raġun.

    Għaqda

    Forsi l-paragrafi ta’ hawn fuq stajt ma ktibthomx ukoll. Imma qabel inkompli nixtieq nagħmel punt dwar l-appelli għall-għaqda.

    Ma għandix dubji li ħafna minn dawn l-appelli huma sinċieri. 

    Imma f’mumenti bħal dawn, mumenti li suppost għandhom jgħaqqduna kontra l-mibegħda u l-vjolenza,  jitfaċċa l-karattru vera ta’ dak li jkun. Tal-individwi u tal-kollettiv.

    U m’għandix dubju li se jkun hemm min jaħtaf – jekk mhux digà ħataf – l-oppotunità biex ireġġà l-arloġġ lura.

    Ir-ruħ tifhem.

    Ħasra

    Kif qal xi ħadd, il-qtil ta’ persuna dejjem huwa ħasra. 

    Imma ħasra akbar li flok infittxu dak li jgħaqqadna, naqbżu fuq il-qtil biex naslu għall-għanijiet tagħna.

    Persuna oħra qaltli “dan hu mument li għandu jgħaqqadna”. U r-rabja ta’ fija weġbitha: “int fejn qed tgħix?”

    Nittama li jien żbaljat. Nittama li r-rispett jegħleb il-partiġġjaniżmu. Nittama li ma mmutx bit-tama. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0