Nazzjon li quddiem qtil faħxi flok ingħaqad kompla jinfired

  • Nov 03, 2017 09:36
  • Miktub minn Charles Miceli

    Żminijiet diffiċli. U anqas ma ngħid aktar aħjar. Għalkemm nista’ nigi akkużat bħal beżżiegħ. Bħala bniedem bla prinċipji. Bhala bniedem li fis-siegħa tal-prova mort ninħeba. 

    Moħħi jaħseb imma għajnejja għadhom miksura. Miksura u mdemmgħa bil-mewt kiefra ta’ Daphna Caruana Galizia. Miksura u mdemmgħa bil-mod kif in-nazzjon quddiem tal-qtil faħxi, flok ingħaqad, kompla nfired.

    Imma dan kollu kliem żejjed. Forsi f’dan il-waqt aħjar ngħid żewg talbiet. 

    L-Ewwel Talba

    O Mulej agħtiha l-mistrieħ ta’ dejjem, tistrieħ hija fil-paċi, hekk ikun. 

    It-Tieni Talba

    Mulej agħmilni strument tal-paċi tiegħek.

    Fejn hemm il-mibegħda,

    ħallini nħeġġeġ l-imħabba;

    fejn hemm il-ħtija,

    ħallini nferrex il-maħfra;

    fejn hemm id-dubbju,

    ħallini ndaħħal il-fidi;

    fejn hemm il-qtigħ il-qalb,

    ħallini nqawwi t-tama;

    fejn hemm id-dlam,

    ħallini inkebbes id-dawl;

    fejn hemm in-niket;

    ħallini nxerred il-ferħ.

     La tħallix li iżjed infittex li nkun imfarraġ

    milli nfarraġ jien;

    la tħallix li iżjed jifhimni ħaddieħor

    milli nifhem lil ħaddiehor jien;

    la tħallix li iżjed ikun maħbub,

    milli nħobb jien.

     Għax meta nagħtu, 

    aħna naqilgħu.

    Għax meta naħfru, 

    aħna nkunu maħfura.

    Għax meta mmutu, 

    nqumu għall-Ħajja ta’ dejjem.

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0