ID-DĦUL TAN-NISA

  • Nov 09, 2017 08:00
  • Miktub minn Alfred Sant

    ID-DĦUL TAN-NISA

    Kienet aħbar ħażina dik li f’Malta, id-dħul tan-nisa mill-impjieg imqabbel ma’ dak tal-irġiel hu fost l-aktar baxxi fl-Ewropa, u li fl-aħħar snin, kompla jitbaxxa.

    La l-ekonomija qed tirranka u mhux qed jinstabu biżżejjed ħaddiema biex jimlew l-impjiegi li qed jinħolqu, wieħed kien jistenna li d-dħul medju kemm tan-nisa u tal-irġiel jiżdiedu, u li dan iressaq id-dħul tan-nisa eqreb tal-irġiel.

    Jeħtieġ niflu sewir-raġunijiet li qed iwasslu għal dawn ir-riżultati li jinħassu kontra r-raġuni.

    Il-problema x’aktarx qed tkun li s-suq tax-xogħol f’Malta tant infaqa’ b’ħaddiema barranin, minn dawk li jirċievu salarji għolja ħafna u dawk li jitħallsu bil-ftit, li diffiċli żżomm kont ta’ kif se jxaqleb il-qliegħ tal-impjegati ħaddiema u irġiel.

    Għalija toħroġ konklużjoni ċara minn dak li ġie ppubblikat: l-impjiegi prekarji fost in-nisa fis-suq tax-xogħol qed jiżdiedu.

    TRAFFIKU 

    Għaddew ix-xhur, jekk mhux is-snin, u dwar il-problemi tat-traffiku għadna qed nistennew xi ċaqliqa ’l quddiem. Mhux progress, imma talanqas bidu ta’ proposti konkreti dwar kif se nrażżnu l-pressjoni ta’ karozzi fit-toroq tagħna u noħolqu mezzi ta’ kif il-Maltin u l-Għawdxin jaslu minn rokna għal rokna ta’ dawn il-gżejjer mingħajr ma joħolqu staġnar tremend.

    Dan l-aħħar kmieni fil-għodu, qabel is-sebgħa sew, soqt minn B’Kara sa Ħal-Luqa. Ħsibt li fil-ħinijiet bikrin is-sewqan se jkun eħfef. Bil-maqlub. Kien ili ma narah daqshekk imdennes. U l-istess problemi tal-aħħar snin, li għadhom hemm.

    Dwal li jdumu wisq biex jinbidlu u f’salib it-toroq ta’ daqs kbir, mhumiex kordinati tajjeb biżżejjed. Karozzi li minħabba l-kraxx tat-traffiku jaraw kif jiżgiċċaw minnu billi jiksru r-regoli, jieqfu ħesrem jew jibqgħu għaddejja u joħolqu aktar problemi. Nieqsa għal kollox kienudawk li jissorveljaw xinhu għaddej.

    Il-qasam tat-traffiku għadu wieħed prioritarju. 

    FIL-PORTUGALL

    Kont f’Lisbona l-ġimgħa li għaddiet ma’ delegazzjoni tal-Kummissjoni Ekonomika u Finanzjarja tal-Parlament Ewropew. Iltqajna ma’ rappreżentanti tal-gvern, tal-parlament nazzjonali u tas-soċjetà ċivili fil-qasam ekonomiku u soċjali. Iddiskutejna dwar il-bidliet li qed iseħħu fil-pajjiż kemm ilu li ħareġ b’suċċess mill-programm ta’ “salvataġġ” li ż-żona tal-ewro imponiet fuqu biex jiskansa mill-falliment finanzjarju li kien qed jheddu matul il-kriżi tal-2008.

    Wara l-aħħar elezzjonijiet, it-tmexxija tal-pajjiż inbidlet. Il-gvern hu minoritarju, immexxi mis-soċjalisti demokratiċi, imma sa issa bl-appoġġ “minn barra” li qed jagħtuh partiti oħra tax-xellug. Irnexxielu fi ftit taż-żmien, jibdel ir-rotta. Mill-awsterità għal prospetti ta’ tkabbir ekonomiku. Tul il-laqgħat li żammejna, il-mistoqsijiet kienu: Kif seħħ dan it-tijib u għaliex? Kifgawdew jew le, is-saffi soċjali differenti? X’inhuma l-prospetti għall-futur? It-titjib hu sostenibbli?

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0