Boxxla

  • Nov 20, 2017 16:30
  • Miktub minn Alfred Sant

    Kien hemm żmien meta t-“Times of Malta” dehret li birdet mill-ħeġġa anti-Laburista tagħha li kienet mitqiesa bħala parti mid-DNA tagħha. Bdiet iżżomm aktar ’il bogħod minn qabel f’kontroversji li nqalgħu kontra l-Labour. Mhux  darba jew tnejn ażżardat tkun kritika tal-PN fil-gvern. 

    Imbagħad, il-gazzetta mill-ġdid fetħet il-kanuni kontra l-gvern Laburista, b’appoġġ totali għall-PN fuq – ħaġa tal-iskantament – allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni. Wieħed kellu kull raġun jiskanta b’dan. Fi żmien l-amministrazzjoni Gonzi, it-“Times” ftit kienet turi interess f’każi hekk. 

    Mill-aħħar elezzjoni lil hawn, waqt li baqgħet ħerqana kontra l-Labour, il-gazzetta ħarġet ukoll kontra it-tmexxija ġdida tal-PN u donnha qed tiffavorixxi l-klikka telliefa. Diffiċli tifhem kif u għaliex dan qed jiġri. Wieħed jibqa’ bl-impressjoni li t-“Times” tilfet il-boxxla ta’ fejn trid tmur.

    Nemmen li dan beda qed jiġri minn mindu nqala’ l-każ tal-eks direttur maniġerjali tat-Times Hillman. Il-gazzetta għadha ma rkupratx minn dik id-daqqa. Sal-lum baqgħet ma tat l-ebda informazzjoni dwar x’inqala’ fil-każ u x’effett kellu fuq l-operat tagħha. Fl-istess ħin, tibqa’ tinsisti għal trasparenza minn ħaddieħor.

    ***

    EWROPA SOĊJALI

    Fl-Isvezja, b’mod simboliku naħseb, ġie ffirmat id-dokument dwar il-pilastru soċjali fl-Unjoni Ewropea. Fih tniżżlu dawk il-prinċipji u obbligi li l-Unjoni Ewropea tqis – jew tgħid li tqis – bħala li jiddefinixxu l-karattru soċjali tagħha, lil hinn mill-ekonomija u l-kummerċ.

    Hu dokument interessanti imma fil-verità, ftit li xejn għandu proposti ġodda. Kull ma jgħid, diġà qiegħed fit-trattati Ewropej; sempliċement iġib flimkien ħafna miżuri separati sparpaljati fit-testi ta’ liġijiet u direttivi. 

    Kien hemm numru ta’ deputati fil-grupp tas-soċjalisti u d-demokratiċi tal-Parlament Ewropew li fissru d-diżappunt tagħhom għal dar-riżultat. Forsi ħasbu li d-dokument seta’ jimtela bil-proposti li l-Parlament Ewropew innifsu fassal f’riżoluzzjoni li għadda aktar kmieni dis-sena dwar x’għandhom ikunu l-għanijiet soċjali tal-Unjoni. Ir-riżoluzzjoni kienet għaddiet b’maġġoranza kbira bla ma kellha xi ċans li se titwettaq malajr fir-realtà.

    ***

    KUNTRADIZZJONIJIET

    Ftit ilu ktibt dwar dil-kuntradizzjoni: is-servizzi finanzjarji f’pajjiżna iddaħħlu l-aktar mill-PN, u qed ikun hu issa li qed jagħmlilhom ħsara bla qies, donnu jrid joħnoqhom.

    Imma hemm kontradizzjoni oħra. Kemm Malta ilha li daħlet membru sħiħ fl-Unjoni Ewropea, wara żmien tal-bidu fejn is-settur tas-servizzi finanzjarji batta, dan irpilja. Sar il-magna ekonomika li l-aktar qed iddawwar ir-rota fil-pajjiż. 

    Suppost li dan ta ferħa lil kulħadd, inklużi sorsi Ewropej.  Mhux hekk ġara. Is-servizzi finanzjarji ta’ Malta qed jiġu taħt attakk kontinwu speċjalment minn rappreżentanti għolja u mhumiex tal-Unjoni Ewropea. Uħud jgħidu ċar u tond li l-pajjiż qed iservi bħala magna tal-ħasil tal-flus. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0