William mistenni jintbagħat il-ħabs wara għaxar snin 'il bogħod mill-vizzju

  • Nov 27, 2017 16:19
  • Miktub minn Charles Miceli

    SOĊJETÀ KATTIVA

    Anzi. Mhux biss kattiva, imma vendikattiva. U meta nitkellem dwar soċjetà tajjeb ngħid li qed nitkellem dwari, dwarek, dwar it-tabib, dwar l-avukat, dwar l-arċipriet u dwar l-onorevoli. Dwarna lkoll. 

    Soċjetà li minkejja kollox għadha titlob il-pound of flesh. L-għajn għal għajn u s-sinna għal sinna. Imbagħad, adding insult to injury, tipprova tippreżenta lilha nnifisha bhala soċjetà ħanina.

    Qed nikteb b’ħafna rabja. Rabja li ħakkmitni xhin smajt li sieħbi William se jintbagħat il-ħabs. Iva l-ħabs. U aktarx li filwaqt li aħna se nkunu komdi fil-jiem tal-Milied imdawrin mill-għeziez tagħna, William se jkun waħdu f’ċella kiesħa.

    MIN HU WILLIAM?

    Lil William Agius iltqajt miegħu l-ewwel darba fil-Komunità Terapewtika ta’ San Blas. Naħseb kienet is-sena 2005 imma m’iniex ċert. Żagħżugħ simpatiklu, intelligenti, enerġetiku u deċiz li jbiddel ħajtu.

    Kif qal huwa stess fuq programm televiziv lokali, William beda d-droga meta kellu 14-il sena. U bħall-maġġoranza ta’ dawk li jinqabdu f’din in-nassa, spiċċa jbigħ biex isostni l-vizzju.

    Ħazin. Ħafna ħażin. Għax il-ħazin ma tistax tgħidlu tajjeb. U jekk trid tkun onest miegħek innifsek ma jifdallekx triq oħra ħlief li tikkundannah. 

    10 SNIN WARA

    Imma mbagħad mill-banda l-oħra lanqas tista’ tibgħat bniedem il-ħabs 10 snin wara li int stess tkun infaqt ma nafx kemm flus u qlajt saħħtek biex tirriabilitah. 

    Tal-biki. U tiskorragixxi mhux biss lill-membri tal-istaff li jahdmu b’entużjasmu biex jgħinu lil dawn iż-żgħazagħ, imma wkoll lil dawk maqbudin fil-vizzju. għax jgħidulek għalfejn se nagħmel tant sagrifiċċji biex xorta wahda nispiċċa l-ħabs.

    M’iniex nagħti tort lill-Qorti għax naf li hafna drabi l-Imhallfin u l-Maġistrati jkollhom idejhom marbutin bil-liġijiet. Imma xi ħaġa trid issir.

    MHUX BISS KATTIVA... IMMA MIĠNUNA

    Is-soċjetà mhux biss kattiva imma miġnuna wkoll. U bil-provi. Wara 10 snin li William għamel il-programm tal-Caritas u reġa’ sab postu fis-soċjetà, issa se nibagħtuh fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin biex ngħinuh jikkoreġi ruħu. Tad-daħk kieku ma kinitx tal-biki.

    Is-sabiħa hija li aktarx li l-awtoritajiet jibzżħu joħorgu għonqhom biex jagħtu maħfra lil William ħalli jeħilsuh minn din il-kattiverija. U aktar li ħadd mhu se jorganizza protesti fit-toroq biex William ma jmurx il-ħabs.

    Fuq kollox aktarx li jien u int sal-Milied inkunu nsejna li William qiegħed il-ħabs. 

    Mulej aħfrilna għax ma nafux x’aħna nagħmlu.  

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0