Meta l-Prim Ministru ma setax jorqod

  • Diċ 06, 2017 02:40
  • Miktub minn Charles Miceli

    Il-11 ta’ Diċembru 2017 riesaq ġmielu. Forsi għal ħafna minna din id-data ma tfisser xejn. Imma għall-ħabib tiegħi William Agius hija appuntament mad-destin.

    Dakinhar mistennija tingħata s-sentenza f’każ li ilu jkarkar 14-il sena. U minkejja, kif illum probabbli jaf kulħadd, William ilu 10 snin li ħalla d-droga warajh beda ħajja ġdida, is-sinjali huma li fil-11 ta’ dan ix-xahar William jispiċċa fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

    Miniex qed ngħid li l-isforzi li għamel William f’dawn is-snin kollu biex jirrijabilità ruħu ma swew għalxejn. Għalih personali sewa żgur. U sewa għan-nies li għen tul dan iż-żmien kollu. 

    Imma s-sinjali li tibgħat is-socjetà huma konfliġġenti. Tapprezza jew ma tapprezzax li persuna għamlet ħafna sagrifiċċji biex tinbidel? Jew bilfors irridu l-pound of flesh?

    TRATTAMENT MHUX ĦABS

    Is-sitwazzjoni f’dawn il-każi qed tinbidel. Nieħu gost li fil-jiem li għaddew bis-saħħa tal-liġi l-ġdida kellna persuna li traffikat id-droga u minflok intbagħtet il-ħabs ingħatat sentena sospiża. 

    Għax huwa sewwa nagħtu kas il-persuna u naraw kif l-aħjar ngħinuha aktar milli nkunu pronti nitfgħuha l-ħabs.

    Imma naħseb il-liġi trid tiġi emendata u tħalli aktar f’idejn l-Imħallfin. Għax għalkemm huwa każ gravi li xi ħadd jittraffika ħdejn skola jew fil-ħabs, kull każ irid jittieħed fuq il-merti tiegħu.

    Ghax ngħidu aħna altru tittraffika meta l-istudenti jkunu deħlin u ħerġin l-iskola u altru tittraffika meta l-iskola tkun magħluqa nhar ta’ Sibt jew nhar ta’ Ħadd.

    SOLUZZJONI

    Hemm ħafna fejn ma naqbilx mal-Prim Ministru Joseph Muscat. Imma ċert li l-Prim Ministru għandu ruħ soċjali. U meta jgħid li ma raqadx minħabba l-każ ta’ William Agius,  mhux biss nemmnu imma napprezza s-sitwazzjoni delikata li jinsab fiha.

    Il-każ ta’ William huwa wieħed ta’ qsim il-qalb. U hemm bżonn insibu soluzzjoni għalih. Jien miniex avukat lanqas legiżlatur. Imma naħseb ma hemmx żmien biex tiġi emendata l-liġi. Dejjem jekk il-Qorti ma tiddeferixxix is-sentenza. 

    Il-liġi imma nħoss li għandha tiġi emendata biex ikun dejjem aktar enfażi fuq it-trattament milli fuq il-kastig. U kemm jista’ jkun m’għandniex norbtu la id il-Bord li jagħmel rakkomodazzjonijiet lill-Qorti u lanqas tal-ġudikatura.

    Sadanittant f’dan il-każ nittama li jekk William jintbagħat il-ħabs ikun possibbli li tiġi rrakkomandata maħfra presidenzjali. Anke jekk norbtuh għal numru ta’ snin li jibqa’ jagħti prova li miexi fit-triq it-tajba u jagħmel xogħol fil-komunità.

    Kuraġġ William.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0