Tgħid jibdew is-sena fid-dlam?

  • Diċ 29, 2017 20:04
  • Miktub minn Charles Miceli

    Tgħid jibdew is-sena fid-dlam?

    Persuna li għandi rispett lejha s-sajf li għadda qaltli biex noqgħod attent. “Tagħmilha ma wisq nies vulnerabbli u fqar. Imma Malta mhux kollha hekk”, fetħitli għajnejja. 

    U meta s-Sibt li għadda mort nieħu pizza l-Waterfront tal-Belt rajt viżibilju nies. Kulħadd liebes pulit. Kulħadd jordna l-ikel u x-xorb. Min mal-familja u min mal-ħbieb. Żgħażagħ u anzjani. 

    U f’qalbi għidt, din in-naħa l-oħra tal-munita. 

    MIRIAM

    Cemplitli persuna u ġibditli l-attenzjoni għall-familja fil-bżonn min-naħa t’isfel ta’ Malta. Staqsejtha x’għandha bżonn, u t-tweġiba ħasditni. Minn kollox, qaltli din il-persuna.

    Tatni l-isem u l-indirizz, għabbejt kaxxa ikel fil-karozza u soqna għal għand Miriam. Insib omm b’erbat itfal zgħar. Spjegatli li għandha problemi ta’ saħħa u ma tistax taħdem. Qed li tistenna li tirċievi l-benefiċċji socjali u sadanittant imwerwra li jaqtawlha d-dawl.

    Qaltli li kienet għamlet ftehim mal-Arms imma waqgħet lura u jekk ma thallasx €400 sas-7 ta’ Jannar, 2018, il-possibbiltà hija li tispiċċa fid-dlam.

    Permezz tal-Alleanza kontra l-Faqar għamilt appell fuq Facebook għal donazzjonijiet biex ngħinuha. U qegħdin qrib li ngħaqqdu s-somma. Grazzi lil kull min għen u lil min biħsiebu jgħin.

    IMMA SADANITTANT

    Sadanittant faqqsu żewg każi oħra. Stephania għandha sitt itfal. Ma tistax taħdem għax iż-żgħir m’ilux wisq li twieled. Għandha kont ta’ €1,900 mal-Arms u bilkemm qed tlaħħaq biex tixtri n-nappies.

    Martina għandha tlett itfal. Separata. Tinsab il-Qorti ma’ żewġha minħabba l-manteniment. Għandha kera għolja u €3,000 kont mal-Arms. Taħdem imma paga minima u ma tistax tlaħħaq.

    Min se jgħin lil dawn in-nies? 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0