Il-qrara ta' Charlene

  • Jan 05, 2018 11:29
  • Miktub minn Charles Miceli

    Fl-aħħar ġurnata tas-sena rċevejt messaġġ naqra twil mhux ħażin mingħand Charlene. Ħbieb fuq Facebook imma qatt ma ltqajt magħha. Madankollu xi qraba tiegħi kienu ġibduli l-attenzjoni għaliha ghax il-familja tagħha għaddejja minn żmien diffiċli.

    Il-messaġġ, li nista’ nsejjaħlu qrara, huwa dan:

    “Illum ħassejt il-bżonn li nikteb l-esperjenza tiegħi u nixtieq naqsamha mieghek … u jekk trid tista’ taqsamha ma’ ħaddiehor jekk tħoss li tista’ turi x’sitwazzjoni ninsabu fihom familja bħal tiegħi. Jekk jogħġbok ħallini anonima minħabba t-tfal.

    “L-istorja tiegħi tibda minn meta kelli 20 sena. Inqbadt tqila u peress li l-familja tiegħi kienet ‘tal-knisja’, biex ma nwaqqgħalhomx wiċċhom l-art, iżżewwiġt.

    ABBUŻATA GĦAL 12-IL SENA SĦAĦ

    “Ir-raġel kien jabbużani emozzjonalment u sesswalment għal 12-il sena sħaħ. Batejt jum wara jum fis-skiet. Tlaqt mid-dar tliet darbiet fejn kelli kenn f’Dar Merħba Bik li mnalla kienu huma għalija.

    “F’dawn it-12-il sena kelli erbat itfal. Inħobbhom daqs id-dawl t’għajnejja u għalihom lesta nagħmel kollox.

    “L-aħħar darba li tlaqt kelli tliet xhur tqala u tant ħadtha bi kbira li wegħdni li se jattendi l-councelling u kwalunkwe laqgħat li hemm bżonn, l-aqwa li nirranġaw is-sitwazzjoni. U minn dakinhar żamm kelmtu. Ma reġax abbuża minni darb’oħra u ghamel tibdil f’ħajtu biex jgħinna u jkun aktar preżenti magħna.

    “Minn dakinhar għaddew sitt snin. Għadna flimkien u nista’ nghid li jiena kuntenta bina bħala familja. It-tfal saru jħobbu lil missierhom ghax m’għadhomx jarawh kontinwament jagħtini mill-agħar kif kien qabel.

    NINSABU F’SITWAZZJONI FINANZJARJA IEBSA

    “Però ninsabu f’sitwazzjoni iebsa finanzjarjament. Dak li għaddejt minnu jien kien ta’ trawma tant li għadni b’dipressjoni fuqi. Inħossni ħafna inqas minn nisa oħra tal-età tiegħi għax minħabba l-finanzi ma naffordjax nixtri x’nilbes jew inżomm ruħi sew.

    “Għandi self esteem baxx ħafna tant li nevita li noħroġ ‘’il barra mid-dar. Ta’ 38 sena kulma nagħmel xagħri darbtejn fis-sena għal cut biss. Fil-gwardarobba għandi ħwejjeġ li ma jiġunix. Ġakketta tax-xitwa waħda biss. Ħwejjeġ ta’ taħt imqattgħin. Qliezet tlieta u flokkijiet forsi hemm sitta. Bħala żraben tax-xitwa kulma ghandi boots imsewwi bil-kolla, żarbun imqatta’, wieħed biss tajjeb u slippers.

    “Dwiefer m’ghamilt qatt. Jiġifieri żgur mhux qed nonfoq f’affarijiet mhux bżonnjużi. Għall-grazzja t’Alla għat-tfal iddubajt mingħand nies ta’ qalb tajba.

    “L-unika mod kif nista’ ntejjeb il-qagħda tiegħi hi li noħroġ naħdem. Però qed insibha diffiċli. Id-dipressjoni li ninsab fiha (u iva qed nieħu l-kura ghaliha) iġġegħelni nsibha iebsa biex nintgħażel għal xogħol. In-nuqqas ta’ kunfidenza jtellifni ċ-ċans li ntejjeb ħajti.

    “Barra minn hekk ix-xogħol ta’ żewġi għandu ħinijiet twal mit-Tnejn sal-Ħadd. Ma naffordjawx li jbiddel xogħlu. Fadlilna snin twal inħallsu d-dejn tal-post u dejn ieħor tal-karozza li takkomoda l-familja kbira tagħna. 

    MIN SE JŻOMMLI T-TFAL META JIMIRDU?

    “Minħabba l-hħinijiet twal li jaħdem ir-raġel, ix-xoghol tad-dar u l-ġiri ta’ laqgħat tat-tfal jaqa’ fuqi biss. Apparti kull meta ma jifilħux it-tfal ikolli noqgħod magħhom. Min iżommhomli meta jkunu morda m’għandix ghax il-qraba tiegħi li jistgħu mardu wkoll u ma jistgħux ikunu fejn mard ieħor. Għandi ż-żgħira ilha marida minn Novembru … liema employer se jħallini nibqa’ d-dar xahrejn mill-inqas?

    “Barra minn hekk bilkemm inlaħħaq mat-tindif, ħasil tal-ħwejjeġ u bżonnijiet tal-familja.

    “Dawn huma l-ħsibijiet tiegħi llum fl-aħħar tas-sena 2017. Il-flus bilkemm iservu biex inħallsu l-loan u l-ikel, apparti l-mediċina fejn jidħol il-mard. Inħossni mdejqa għax naf li nagħżel liema triq nagħżel se tkun iebsa għalija. X’nista’ nagħmel aktar? Liema triq nagħżel?

    “Grazzi talli smajtuni u nittama li l-esperjenza li qsamt magħkom illum turi farka minn dak li għaddejjin minnu familji bħal tiegħi”.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 1

  •  
    Maximus
    Jan 05, 2018

    X tilbes issib mur il bazaar tat tfal ta san guzepp fleur de lys perswazz li issib min jejnek

    Irrispondi
  •  

Facebook