INFLUWENZA

  • Jan 18, 2018 08:30
  • Miktub minn Alfred Sant

    INFLUWENZA

    L-imxija tal-influwenza li għaddejja bħalissa tqajjem mistoqsijiet – mhux f’Malta biss imma mal-Ewropa kollha – dwar kemm is-sistemi tas-saħħa publikahuma attrezzati biex jilqgħu għall-mard infettiv li sar jinxtered ħafna aktar malajr minn qatt qabel. Mhux l-isptarijiet Maltin biss spiċċaw imblokkati bil-morda bl-influwenza; l-istess ġara fir-Renju Unit u f’pajjiżi oħra.

    Il-meżżi aktar faċli tal-ivvjaġġar... bit-turiżmu dejjem jiżdied... qed joħolqu “suq” globali għall-mard li jittieħed. Pajjiż turistiku bħal Malta ma jistax jevita li jintlaqat bil-kbir.

    Biex tagħqad, il-possibilitajiet qed jiżdiedu biex mard infettiv irabbi varjanti dejjem aktar komplikati u faċli li jiġu trasmessi. Dan irendi l-miżuri preventivi li jittieħdu anqas effettivi. Jispiċċaw jattakkaw forom magħrufa tal-mard konċernat, waqt li dan ikun tielaq b’linji “ġodda” ta’ ħsara.

    Madankollu, l-miżuri preventivi fis-sura l-aktar aġġornata tagħhom, iridu jibqgħu l-aqwa targa kontra l-imxijiet “post-moderni”.

    MHUX KREDIBBLI

    Qajmu mistoqsijiet importanti għall-pajjiż, imma qabilhom qajmuhom kummentaturi u kelliema minn diversi sezzjonijiet, xellug u lemin.

    Ir-rapport tagħhom, kif mistenni u kif stennew, qajjem furur fil-midja stampati u soċjali tan-nazzjon.

    Xorta waħda, l-eżerċizzju tal-Parlament Ewropew biex “jinvestiga” l-istat tad-dritt f’Malta baqa’ mhux kredibbli mill-bidu sal-aħħar. Li jeżistu problemi fil-governanza tal-pajjiż u fil-kontrolli fuq il-korruzzjoni, hi ħaġa ċara. Li dawn jiġu ffaċċjati bil-proċeduri tal-Parlament kif maħduma biż-żjara tad-delegazzjoni ta’ Diċembru li għadda hi redikolaġni.

    Il-membri tad-delegazzjoni ħadu fuqhom ir-rwol ta’ investigatur, xhud, prosekutur, ġurija u imħallef. Numru minnhom kienu ilhom protagonisti tal-kritika kontra Malta. Il-preżenza fosthom ta’ David Casa kien xempju tal-istil okkult li bih organizzaw xogħolhom. Dan bla nsemmu l-kwalità tan-nies li ltaqgħu magħhom, bħal pereżempju mis-“soċjetà ċivili”.

    Il-ħidma tad-delegazzjoni tal-Parlament Ewropew kienet nieqsa mill-kriterji kollha li jagħmlu eżerċizzju bħal tagħha kredibbli fejn tassew jitħaddem l-istat tad-dritt: kriterji li jiddeterminaw dak li bl-Ingliż jissejjaħ “due process”. Għalhekk ħidmietha mhijiex kredibbli.

    CHABROL

    Il-films li naf ta’ Claude Chabrol huma l-aktar mit-tieni nofs tal-karriera tiegħu.

    Les Bonnes Femmes (“Nisa Ħawtiela”), li jiġi l-ewwel film li ħareġ, kien għalhekk ftit ta’ sorpriża għalkemm ili naf li meta ntwera fl-1960, għamel suċċess kbir u fetaħ it-triq għall-“mewġa l-ġdida” taċ-ċinema Franciż.

    Insegwu lil erba’ ħbieb nisa żgħażagħ li jaħdmu fl-istess ħanut tal-ħwejjeġ – il-monotonija tax-xogħol tagħhom, il-passatempi u ħruġ li jokkupawhom meta ma jkunux xogħol, l-irġiel medjokri li jkollhom jitqannew bihom, il-ħolm li joħolmu. Kollox muri b’realiżmu sever u mexxej ħafna, bla sentimentaliżmu.

    Ir-reċtar hu mill-aqwa, b’fuq quddiem nett Stephane Audran u Bernadette Lafont (meta kienu għadhom żgħażagħ sew)  b’interpretazzjonijiet sottili u konvinċenti.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook