Nofs l-istampa... Realtajiet kiefra... Nagħlaq għajn waħda?

  • Jan 20, 2018 08:30
  • Miktub minn Charles Miceli

    Il-kelma ġġib hekk. Għax jista’ jkun li mhux nofs imma kwart. Jew anke naqra anqas. Hawn min jgħidli li qed nitkellem biss fuq tlieta fil-mija.

    Ma nafx. Jista’ jkun. Il-verità hi li m’għandix mezz biex inkun eżatt. Imma naħseb li l-probabbiltà hi li qegħdin x’imkien hemm. Għalkemm jien spiss niġi wiċċ imb’wiċċ ma’ din il-minoranza. 

    Minoranza li qed tbati. Minoranza li titfa’ d-dinjita’ tagħha ma nafx fejn u b’ċerta mistħija tmur tħabbat il-bieb ta’ Dar Papa Franġisku. Tittama li talanqas għal dal-lejl jagħtuha sodda.

    Realtajiet kiefra

    Din il-minoranza tinkludi wkoll lil dawk li jorqdu fil-karozza jew inkella f’xi garaxx. Jekk ikunu ffortunati il-garaxx ma jkunx taħt l-art.

    Magħhom inżid numru ta’ nies li biex iħallsu l-kera fl-aħħar tax-xahar qed jaqgħu lura fil-ħlas tad-dawl u l-ilma. Oħrajn lanqas jieklu sa ma jixbgħu jew inkella jaraw mnejn se jiddubbaw bukkun.

    L-istampa kollha

    Din hija biċċa mill-istampa tas-soċjetà Maltija. L-istampa kollha tinkludi dawk li qed jgħaqqduhom. Dawk li jaqilgħuha tajjeb minn xi negozju. 

    U dawk li s-salarji tagħhom huma d-doppju jew aktar tal-paga minima. In-nies tal-gaming. In-nies tal-financial services. Id-diretturi u ħafna oħrajn.

    Tinkludi wkoll lil dawk li jemmnu li jekk b’xi mod tirregola l-kera se twaqqaf ir-rota milli tkompli ddur. Nies ta’ ċerta skola li jitkellmu dwar id-demand and supply. Fi kliem ieħor li s-suq isuq. 

    Nagħlaq għajn waħda?

    Imma qalbi tingħafas meta niltaqa’ ma’ nies li ma jafux fejn se jagħtu rashom għax il-kera togħla minn sena għal ohra. Għax meta jmorru s-supermarket iż-żieda mogħtija mill-gvern bilkemm hija biżżejjed biex tixtri kartuna ħalib u biċċa ġobon.

    Tgħid nitkellem hekk għax jien sensittiv iżżejjed? Tgħid missni nrabbi naqra skorċa? Jew tgħid jaqbilli nibda nagħlaq għajn waħda biex ma narax l-istampa kollha?

    Għajjarni kemm trid, imma nassigurak li għalija mhix facli. 

     

     

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook