Il-gvern għandu jkollu kuraġġ u jinterveni

  • Jan 26, 2018 14:25
  • Miktub minn Charles Miceli

    Il-gvern għandu jkollu kuraġġ u jinterveni

    Jien u nħammem dwar x’se nikteb, mhux għax m’hawnx dwar xiex tagħti opinjoni imma talli hemm ħafna, sieħbi Manwel Mangani tefa’ post fuq il-Facebook li taqltitni mill-ewwel.

    Il-post ta’ Mangani fuq il-pagna tal-Alleanza kontra l-Faqar irreferiet għal dak li qal il-Ministru tal-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali l-Avukat Michael Falzon kif irrapportat fuq “Newsbook”.

    Ha nikkwota lil “Newsbook” kelma b’kelma:  "Dr Falzon qal li l-white paper dwar il-Housing għandha tesplora bosta aspetti fosthom l-kuntratti tal-kirjiet, reġistrazzjoni tal-kuntratti tal-kirjiet u reviżjoni tal-liġi.

    Huwa qal l-Gvern għandu jkollu kuraġġ u jinterveni u ma jħallix ‘is-suq isuq’ iżda jinterveni fejn hemm bżonn biex tinħoloq ġustizzja soċjali. "

    Is-Suq Isuq

    Il-mantra tas-suq isuq ilna nisimgħuha mill-anqas 30 sena. U hemm ħafna fiż-żewg partiti li għamluha domma ta’ fidi. Allaħares ma tinċensax is-suq għax jaħsbuk li bdejt tiżboxla.

    Dawk li kienu naqra xettiċi dwar kemm veru is-suq isuq tgħoddhom fuq id waħda. Mhux biss f’Malta imma mad-dinja kollha. U wara l-famuża TINA (There Is No Alternative) ta’ Margaret Thatcher kien hareg Bill Clinton jgħidilna “it’s the economy stupid”.

    Imma minn dakinhar lil hawn għadda wisq ilma minn taħt il-pont u nies bħali u bħal Manwel, li waqgħetilna żokritna fil-kamp soċjali, nafu sew kemm is-suq m’għadux ruħ.  

    U fuq kollox, jekk is-suq b’xi mod ma jiġix immaniġġjat, jirrombla fuq kulħadd, b’mod partikolari fuq is-sezzjoni l-iżjed dgħajfa tas-soċjetà.

    Prosit 

    Nagħlaq billi minn qalbi nifraħ lill-Ministru Michael Falzon li kellu l-kuraġġ iqum fil-Parlament u jitkellem kif tkellem dwar is-suq. Talanqas fl-aħħar donnu qed jirbaħ is-sens komun.

    Naf li se jkun hemm ħafna li d-diskors ta’ Michael Fazon jinżlilhom velenu. Imma jekk aħna veru nemmnu fil-ġustizzja soċjali ma nistgħux inħallu lil min imut fis-sakra u min imut għal qatra. 

    Prosit Onorevoli. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook