inewsmalta.com



Kontrolli u bilanċi

  • Jan 29, 2018 08:00
  • Miktub minn Dr Alfred Sant

    Id-dibattitu dwar kif jitħaddmu l-kontrolli u l-bilanċi fid-demokraziji moderni hu wieħed kruċjali. Dawn il-mekkaniżmi huma meħtieġa biex jassiguraw li ma tispiċċax issaltan xi tirannija tal-maġġoranza jew in-niħilżmu ta’ xi minoranza; kif ukoll biex id-deċiżjonijiet ta’ importanza publika li jittieħdu mill-gvern u miċ-ċentri l-oħra ta’ poter isiru b’trasparenza.

    F’Malta, dan id-dibattitu ma jsirx, anzi jiġi injorat għal kollox; inkella jitlaq biex jara kif minnufih idaħħal fostna arranġamenti li ħaddieħor daħħal f’pajjiżu... bla ebda kejl ta’ kemm jgħoddu għaċ-ċirkostanzi tagħna.

    Forsi proposti hekk jispiċċaw aktar ta’ dannu mill-assenza ta’ kull rikonoxximent dwar il-ħtieġa ta’ kontrolli u bilanċi serji.

    Bla għarfien ukoll tal-limitazzjonijiet li timponi soċjetà ċkejkna bħal tagħna: fejn kulħadd jaf lil kulħadd,  jiġi minn kulħadd u jiddependi minn kulħadd: se jkun diffiċli tfassal kontrolli u bilanċi serji u effettivi.

    ***

    IL-KORRUZZJONI FL-EWROPA

    Għal uħud fil-Parlament Ewropew u barra minnu, hu utli li titqajjem polemika dwar il-korruzzjoni fil-każ ta’ x’allegatament jiġri fil-Bulgarija, f’Malta, fir-Rumanija u f’pajjiżi membri tal-Unjoni li jinsabu “lura”.

    Meta għal darba tnejn, saqsejt għaliex ma jintbagħtux delegazzjonijiet Ewropej biex jistħarrġu l-korruzzjoni u l-abbuż ta’ poter fi Spanja jew Franza jew il-Ġermanja, bqajt bla risposta.

    Fi Spanja hemm akkużi serji ta’ korruzzjoni mdendla fuq gvern tal-Popolari, inkluz bil-kbir fuq il-Prim Ministru Rajoy. Miegħu, il-partiti l-oħra rrifjutaw li jagħmlu koalizzjoni minħabba l-korruzzjoni. Każi qawwija jeżistu bl-istess mod fi Franza (l-eks President Sarkozy allegatament irċieva miljuni minn Ghaddafi biex jiffinanzja kampanja presidenzjali). Hemm l-iskandlu tal-Volkswagen, li allajbierek ma kinux l-awtoritajiet Ġermaniżi li skoprewh, imma l-Amerikani.

    Is-soltu niddejjaq noqgħod f’kuntest Ewropew, niskandalizza ruħi b’dan jew b’dak. Quddiem l-ipokreżija sfaċċata ta’ ċerti Ewropej m’għadnix. Huma jużaw kontra l-gvern Malti, bl-appoġġ ta’ Maltin li messhom jafu aħjar, allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni (fondati jew le) biex jilħqu miri okkulti.

    ***

    DIŻRISPETT

    Imbagħad kellna t-tinwiħ ridikolu tad-deputat Ewropew  tal-Ħodor Sven Giegold, dwar kif minn Malta, l-gvern Laburista u/jew r-rappreżentanti tiegħu wrew “diżrispett” lejn il-Parlament Ewropew u d-delegazzjoni ta’ Diċembru li għadda biex tinvestiga l-istat tad-dritt f’Malta.

    Giegold għandu l-aġenda tiegħu. Affarih kif ikompli jmexxiha. Għandu f’Malta min qed iċapċaplu u jappoġġjah. 

    Personalment ma nsib l-ebda problema inġib ruħi ukoll bl-istess ġesti u attitudni murija mir-rappreżentanti tal-gvern, li hu interpreta bħala “diżrispett” fir-rigward tad-delegazzjoni mmexxija mid-deputata soċjalista Anna Gomes. Kienet delegazzjoni bla ebda kredibilitá. L-istess jgħodd għar-rapport li ħarġet. Stramb kif il-membri tagħha jqisu li jistgħu jippontifikaw dwar l-istituzzjonijiet ta’ pajjiż wara żjara ta’ anqas minn jumejn.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook