Ma naqgħux fit-tentazzjoni tal-perfezzjoniżmu

  • Fra 09, 2018 13:00
  • Miktub minn Charles Miceli

    Wieħed mill-akbar difetti tiegħi huwa l-perfezzjoniżmu. Anke full stop tagħtini f’għajni. U meta snin ilu kont naħdem l-istamperija tal-General Workers’ Union mat-TORĊA min jaf kemm ġiegħelt nies jidgħu.

    U f’socjetà fejn kollox donnu jgħaddi, il-marda hija aktar kiefra. “U int kollox jagħtik f’għajnek”, kont insib min jgħidli, filwaqt li jħeġġiġni nħares in-naħa l-oħra u nħalli d-dinja ddur.

    Mhux faċli u mhux faċli. L-aktar meta ġo moħħok il-ħin kollu jdur il-proverbju Ingliż “what is worth doing is worth doing well”.

    Sofferenzi

    Dan mhux trattat psikoloġiku. Sempliċiment qed ngħid li mill-esperjenza naf kemm jgħaddu minn sofferenza dawk li jbatu mill-perfezzjoniżmu. Spiss jiġu mgħajra negattivi għax kważi qatt ma jogħġobhom xejn u dejjem jidhru li qed isibu x-xagħra fl-għaġina.

    Il-perfezzjoniżmu mhux biss iwaqqagħlek l-istima fik innifsek imma saħansitra jista’ jwasslek biex lanqas tħares fil-mera għax ħlief difetti ma tarax.

    Għal dawk li jinqabdu f’din in-nassa psikoloġika, it-tazza tidher dejjem nofsha vojta. Barra minn hekk il-perfezzjoniżmu jibda jaqtgħak min-nies u ma tħossok tiffittja fl-ebda grupp. 

    Rimedju

    Veru li f’dan il-pajjiż hawn ħafna jbatu b’tip ta’ perfezzjoniżmu stramb. Li tagħhom kollu tajjeb u ta’ ħaddieħor kollu ħażin. Imma dan suġġett ieħor u llum ma xtaqtx nikteb fuq dawn it-talin. 

    Il-punt li xtaqt nagħmel hawnhekk huwa li rridu noqogħdu attenti għax il-perfezzjoniżmu jista’ jżommna milli nersqu ’l quddiem u nagħmlu xi ħaġa għall-ġid. 

    Jgħidulek għax il-politika maħmuġa. Għax il-politiċi mhux ta’ min jafdahom. Għax il-partiti kollha l-istess. Għax il-knisja mimlija oqbra mbajda. U għax dawk hekk u ‘l ohrajn hekk.

    Dan iż-żmien qed insib rimedju tajjeb meta moħħi jibda jtektek what is worth doing is worth doing well. Kif naqbad lili nnifsi se nibda nikkritika u naqta’ qalbi, minnufih ngħid lili nnifsi għal kemm-il darba hemm bżonn: I will do my best and God will do the rest, I will do my best and God will do the rest…

    X’taħseb?

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook