Bil-kurċifiss u mingħajru

  • Fra 15, 2018 20:11
  • Miktub minn Charles Miceli

    Bħall-Prim Ministru jien aktar nikkunsidra lili nnifsi Nisrani milli ħaga oħra. Imma jiddispjaċini ma naqbilx miegħu meta jgħid li Malta hija essenzjalment pajjiż li trid tirrikonoxxi li r-reliġjon Kattolika hija r-reliġjon predominanti.

    Jista’ jkun li l-maġġoranza tagħna huma mgħammdin, imma wisq drabi t-twemmin tagħna s’hemm jasal. Sar-ritwal. Imma meta niġu għas-si u n-no, ftit huma dawk li jgibu ruħhom veru ta’ Kattoliċi. 

    Forsi qed inkun negattiv. Forsi qed nara t-tazza nofsha vojta. Imma mur fejn trid, mill-Għarb sa Marsaxlokk, osserva n-nies kif tgħix u mingħajr pregudizzju pprova ddeċiedi kemm minnhom igibu ruħhom ta’ Kattoliċi.

    Issa jekk b’kattoliċità nifhmu li mmorru sal-quddies nhar ta’ Ħadd, ħaġa oħra. Allavolja anke hawn l-attendenza qed jonqsu minn sena għall-ohra. Jien b’Kattolika nifhem aktar li dak li jkun ihobb il-proxxmu bħala nnifsu.

    Neoliberaliżmu

    Jien kważi żgur li l-r-reliġjon predominanti tal-Maltin u l-Għawdxin hija n-neoliberalizmu. Ir-reliġjon tal-għogol tad-deheb. Alla ta’ żmienna huwa s-suq. Dagħa b’Alla kemm trid. Imma ara qattx tisma’ kelma waħda li hi wahda kontra s-santità tas-suq.

    In-nies tal-flus huma l-appostli u l-qaddisin li kulħadd jammira u jinkina quddiemhom. U l-ħsieb predominanti huwa li jkunu mbierka l-flus għax bihom tagħmel triq fil-baħar. 

    Il-flus nista’ ngħid li hadu post l-ewkaristija. Huma l-flus li jżommulna ruħna ma’ ġisimna u kulħadd aktar minn ċertissmu li bla flus la tgħannaq u lanqas tbus. Fi kliem ieħor il-pjaċiri u l-kumditajiet li jinxtraw bil-flus ħadu post il-ferħ u s-serenità li ġġib magħha l-ispiritwalità.

    Xhieda ħajja

    Dawk li qed ibeżżgħu li jekk titneħħa l-klawsola dwar ir-religjon mill-Kostituzzjoni se jitnehhew is-slaleb mill-klassijiet mhumiex jgħixu f’Malta tal-2018. 

    Il-kurċifiss vera ilu li tneħħa mill-klassi. U dawk tal-injam li hemm imwaħħla mal-ħajt meħudin wisq for granted. U bihom u mingħajrhom xorta wahda.

    Iktar minn slaleb, simboli u ritwali għandna bżonn aktar nies li jagħtu xhieda ħajja tat-twemmin tagħhom.  Nies bħal Fr Hilary, bħal Dun Ang, bħal Patri Marcellino u bħal Monsinjur Charles Cordina, biex insemmi erbgħa. 

    Fuq kollox għandna bzonn nemmnu bis-serjetà li l-ekonomija qiegħda hemm għan-nies mhux in-nies qegħdin hemm għall-ekonomija. Li l-individwu jsib il-milja tiegħu mhux f’kemm jipproduċi u jikkonsma imma filli juri solidarjetà bil-fatti ma’ dawk l-aktar dgħajfa fis-soċjetà.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook