L-arja li qed nibilgħu

  • Mar 20, 2018 13:07
  • Miktub minn Benny Borg Bonello

    Dan l-aħħar ħareġ rapport fejn ikklassifika lil Malta bħala post fejn l-arja li qed nieħdu mhix tajba.   Fil-fatt f’ħafna ġranet il-kwalita’ tal-arja kienet passabbli.  Biss kien hemm madwar 7 ġranet biss kull madwar 3 xhur li l-arja kienet tajba u madwar ġurnata minn kull tlieta jew kienet ħażina jew ħażina ħafna.  

    Jien ċert li ftit jittendu b’dan.  Biss anki jekk ma nittendux, il-ħsara hemm qiegħda.  It-tniġġiż tal-arja mhix xi ħaġa li taraha.  Id-dħaħen huma biss sinjal jew kif jgħidu l-Ingliżi the tip of the iceberg.  Ir-raġuni hi li ħafna mill-gassijiet li jagħmlu l-ħsara la jidhru u lanqas jinxtammu.  Il-ħsara li ssir mhux ser narawha immedjatament biss narawha fuq medda ta’ żmien twil għalkemm hu kkalkolat li fl-Ewropa qed imutu għaxriet tal-eluf kull sena minħabba arja ħażina.  Għalkemm kemm qed imutu nies minħabba dan it-tniġġiż ma nafux, Malta mhux eċċezzjoni.  Aktar minn hekk, li l-arja qed tkun ħażina hu sinjal li l-affarijiet f’Malta huma agħar minn pajjiżi oħra.

    Nemmen li aħna ċ-ċittadini nistgħu nikkontribwixxu ħafna jekk irridu.  Aħna ċ-ċittadini għadna lura f’dan il-qasam.  Per eżempju, ħafna min-nies ħafna drabi jivvjaġġaw waħedhom bil-karozza.  M’għandniex bżonn statistika biex nikkonfermaw dan.  Ħarsa lejn it-traffiku mal-ewwel tiddendi b’dan għaliex mhux komuni li tara karozza b’erbgħa jew ħames min-nies ġo fiha.  Li kieku jkun hemm ftehim biex nies li jaħdmu fl-istess inħawi jivvjaġġaw flimkien nistgħu nnaqsu ħafna mill-ħsara.  L-istess isir jekk kull persuna li għandu karozza għallanqas tagħmel 3 ijiem fil-ġimgħa tivvjaġġa bit-trasport pubbliku.  

    Il-gvern min-naħa l-oħra jista’ jieħu miżuri biex la ċittadini mhux qed jieħdu din il-problema bis-serjeta’ u jaġixxu biex inaqqsu din il-problema, iġegħlna li nibdlu l-imġiba tagħna.  Il-Gvern s’issa kien qiegħed jipprova li jġib tibdil pożittiv permezz ta’ inkoraġġiment.  Per eżempju, l-Gvern niehda skemi li jagħti sussidju lil dawk li jew jibdlu l-karozza għal waħda li tniġġeż anqas.  Hemm sussidju qawwi wkoll għal jibdel il-karozza tiegħu għal waħda tal-elettriku jew jagħmilha hybrid billi tkun ukoll taħdem bil-gas.  Il-Gvern ukoll qed jara kif idaħħal sistemi aktar moderni fejn in-nies jistgħu jaqsmu vjaġġ ma’ ħaddieħor.

    Biss jekk l-affarijiet jibqgħu sejrin hekk, il-Gvern ser ikollu jieħu passi aktar drastiċi bħal ma għamlu pajjiżi oħra.  Waħda mill-miżuri li l-Gvern għandu jieħu hi li jiddeċiedi data sa meta għandhom jinqatgħu l-karozzi diesel li huma l-aktar karozzi li jħammġu.  Miżuri aktar drastiċi huma dawk bħal ma għamel il-Gvern Franċiż meta l-arja marret lura ħafna li ordna li ġurnata joħorġu fit-toroq biss dawk li għandhom in-numru tal-karozza jispiċċa bil-fart u l-għada joħorġu biss l-oħrajn.

    Dawn mhux miżuri li nieħdu ġost bihom imma huma miżuri li huma meħtieġa.

    Tibdil fil-ħin

    Dan l-aħħar fil-Parlament Ewropew ssemma jekk għandniex inkomplu bis-sistema tal-ħin tas-sajf u l-ħin tax-xitwa.  Din qajmuha l-Membri Parlamentari mill-pajjizi nordici peress li huma ma jaqblux ma’ din is-sistema u jemmnu li għandna nzommu l-ħin tax-xitwa.  Issemmew numru ta’ raġunijiet fosthom incidenti tat-traffiku.  Li jibdlu s-sistema tal-ħin tagħhom ma nara xejn ħażin jekk jaqbel lilhom.  Biss dawn għamlu enfasi li għandha tinbidel is-sistema fil-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.  

    Hawn ma naqblix għal żewġ raġunijiet.  Waħda hu punt ta’ principju li ħafna jemmnu li l-UE għandha timxi fuq bazi ta’ one size fits all.  Dan il-principju qed narawh jidħol f’ħafna affarijiet.  Safejn l-issue tkun waħda fundamentali ma nara xejn ħazin sakemm jittieħdu azzjonijiet biex min ser ikun ser iġorr piz qawwi jieħu xi kumpens biex itaffi ftit mill-piz zejjed li jkun ser iġorr.  Biss fuq affarijiet oħra, ma naqbilx ma’ dan il-principju.

    It-tieni raġuni ħi li ma nemminx li aħna jaqblilna jekk inzommu ‘l hin tax-xitwa tul is-sena kollha.  Ir-raġuni hi li ahna l-hin li ghandna bhala twilight hu qasir.  Nahseb li kull min isiefer fis-sajf lejn xi pajjiż nordiku mal-ewwel jittendi kemm idum ma jidlam meta mqabbel ma’ Malta.  Minkejja x-xemx li jkollna lejn l-ahhar ta’ Awwissu, il-ġurnata tkun diġa’ qsaret sewwa u jekk ma jkollniex il-Ħin tas-Sajf  il-ġurnata tiqsar aktar.  

    Huma affarijiet bħal dawn li l-Membri Parlamentari Ewropew Maltin għandhom jitkellmu bil-goff għaliex dawn ser jolqtu lill-Maltin u l-Għawdxin ħażin.  

    Charles Miceli

    Dan l-aħħar kellna t-telfa ta’ Charles Miceli.  Telfa’ ta’ Malti ieħor li ta kontribut kbir lill-ġensna.  Ix-xogħol li għamel ma kienx wieħed li jagħmlu popolari għaliex ħadem għaż-żgħir, għall-fqir u għall- batut.  Kien bniedem fejn ha l-formazzjoni tiegħu fis-sebgħin u baqa’ jżomm wieħed mill-aktar valuri ta’ dak iż-żmein – il-valur tal-ġustizzja soċjali – quddiemnett fil-ħidma tiegħu tul ħajtu kollha.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook