inewsmalta.com



Kontinwazzjoni ta’ Progress Soċjali

  • Apr 01, 2018 08:15
  • Miktub minn Michael Falzon

    Bla dubji illi bħalissa l-poplu Malti qed jgħix wieħed mill-perjodi l-aktar pożitivvi fl-istorja tiegħu. Perjodu ta’ tibdil soċjali vast, ta’ tkabbir ekonomiku bla preċedent, ta’ twessiegħ ta’ drittijiet ċivili u ta’ titjib sinjifikanti fil-kwalità tal- ħajja tal-poplu.

    F’dawn l-aħħar ħames snin, il-Gvern Laburista wettaq politika , li mhux biss tisfrutta l-potenzjal tal-ekonomija għal progress soċjo-ekonomiku, iżda wkoll li tirriforma l-istituzzjonijiet tal-Istat, biex ikunu dejjem aktar adattati għall-bżonnijiet ta’ pajjiż modern u progressiv.

    Ir-riżultat tal-politika tal-Gvern jidher fis-setturi differenti tas-soċjetà u tal-ekonomija. L-ewwel erba’ snin tal-ħidma tal-Gvern, fetħu bibien ġodda għas-sezzjonijiet differenti tas-soċjetà Maltija li mill-ewwel bdew igawdu minn riżultati pożitivvi li bdew ġejjin u li kienu ilhom tant mixtieqa.

    Kienu bosta l-prijoritajiet, ewlenija fosthom it-tkabbir ekonomiku, li mingħajru ma jistax ikun hemm progress soċjali sostenibbli. Minflok l-awsterità, li kienet il-mantra ta’ dak iż-żmien u li esperti finanzjarji internazzjonali kienu wkoll jħaddnuha, il-gvern Laburista mar f’direzzjoni kompletament differenti, jiġifieri dik li jixpruna l-attività ekonomika. Malta verament saret l-għira ta’ pajjiżi oħra.

    It-tieni prijorità kienet, li t-tkabbir ekonomiku jittraduċi ruħu f’impjiegi ġodda biex jitnaqqas il-qgħad, fl-istess waqt li jinċetiva lil eluf ta’ nisa biex jidħlu fis-suq tax-xogħol. Illum qed nitkellmu fuq ‘full employment’, fuq problema ta’ nuqqas ta’ ħaddiema, u fuq li hemm bżonn ħaddiema minn barra biex jimlew l-eluf ta’ postijiet vakanti li għandna. Altru milli kif kienu jgħidulna illi ‘’Labour won’t work’’.

    Minn dejn dejjem jikber, bdejna niksbu surplus wara ieħor, din il-ġimgħa stess Malta esperjenzat l-ikbar surplus ta’ kull żmien. Naqqasna d-dejn pubbliku bħala persentaġġ tal-Prodott Domestiku Gross. Wara snin twal ta’ deficit fiskali, issa qed nirreġistraw surplus. Aktar milli ma mornix għal ‘’bailout’’ kif kienu jgħidulna!

    Ir-raba’ prijorità kienet li l-frott ta’ dan it-tkabbir ekonomiku ikun li jitqassam b’mod ġust il-ġid bejn kullħadd. Hawnhekk verament tidħol il-ġustizzja soċjali. Taħt l-aħħar amministrazzjoni Nazzjonalista konna ilna ħames snin fir-riskju tal-faqar u tal-esklużjoni soċjali. Dan fisser li għadd mhux aċċetabli ta’nies kienu qed isibuha dejjem aktar diffiċli li saħansitra jissodisfaw il-ħtiġijiet tagħhom ta’ kuljum. In-numru ta’ nies f’riskju ta’ faqar taħt il-PN kien tela għal 99,000.

    Il-Gvern Laburista ħadem iebes biex jirrimedja din is-sitwazzjoni permezz ta’ miżuri  soċjali u oħrajn finanzjarji. Il-frott ta’ din il-ħidma tiegħu jidher minn tnaqqis sostanzjali fl-għadd ta’ nies fir-riskju tal-faqar, speċjalment fost dawk l-aktar vulnerabbli, jiġifieri l-anzjani, it-tfal u l-persuni b’diżabilità. Għamilna ħafna, iżda żgur illi m’aħniex ser nieqfu hawn, se nkomplu naħdmu bla waqfien biex jekk jista jkun lanqas persuna waħda ma tispiċċa fil-faqar.

    It-tieni leġislatura ta’ dan il-Gvern trid tkompli tibni fuq dawn il-kisbiet, anzi trid tipprovdi bażi għal azzjoni aktar estensiva u fil-fond, biex ikun hemm aktar progress sostenibbli. L-ideat qegħdin hemm, kif fl-istess ħin hemm ir-rieda li jinżamm dan il-momentum.

    Fil-fehma tiegħi, l-apprezament tal-ħidma tal-Gvern tidher minn rapporti li jsiru b’mod regolari mill-Kummisjoni Ewropeja, mill-Fond Monetarju Internazzjonali, minn aġenziji ta’ kreditu, u minn organiżżazjonijiet indipendenti. Ma jistax jonqos li ġieli jissemmew xi riskji li jistgħu jtellfu  r-rittmu tal-progress. L-istess bħal meta tijm li jkun qed jirbaħ partita futbol, irid ikun lest li jista’ xi gowl. L-importanti hu li l-kowċ u t-tijm ikunu jafu jirreġixxu biex jiggarantixxu li r-riżultat jibqa’pożittiv, kif ilu jsir tul dawn l-aħħar ħames snin.

    Irridu nkomplu nuru li dan il-pajjiż jemmen fil-potenzjal tiegħu, kif dejjem għamli missirijietna u ommijietna. Iridu nuru li aħna pijunieri f’kull qasam, minn oqsma soċjali, s’oħrajn finanzjarji u ekonomiċi. Din hija Malta li rrid u ngħix fiha, Malta li meta ma nkunx iktar fil-poltiika, nħares lura lejha u nara riflessjoni tas-suċċessi li komplew jikbru fost il-ġenerazzjonijiet futuri, grazzi għall-ħidma ta’ Gvernijiet Laburisti.

    L-Għid it-tajjeb lil kulħadd!

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook